EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0273
Case C-273/11: Reference for a preliminary ruling from the Baranya Megyei Bíróság lodged on 3 June 2011 — Mecsek-Gabona Kft. v Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
Kawża C-273/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság (Hongrie) fit- 3 ta’ Ġunju 2011 — Mecsek-Gabona Kft. vs Nemzeti Adó-és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
Kawża C-273/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság (Hongrie) fit- 3 ta’ Ġunju 2011 — Mecsek-Gabona Kft. vs Nemzeti Adó-és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
ĠU C 269, 10.9.2011, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság (Hongrie) fit-3 ta’ Ġunju 2011 — Mecsek-Gabona Kft. vs Nemzeti Adó-és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
(Kawża C-273/11)
2011/C 269/44
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Baranya Megyei Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mecsek-Gabona Kft.
Konvenuta: Nemzeti Adó-és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 138(1) tad-Direttiva 2006/112 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment ta’ merkanzija huwa eżenti mill-VAT meta l-merkanzija tkun ġiet mibjugħa lil xerrej li, għall-finijiet tal-VAT, kien irreġistrat fi Stat Membru ieħor fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt ta’ bejgħ, u li x-xerrej jikkonkludi l-kuntratt tal-bejgħ fuq l-merkanzija inkwistjoni b’mod li d-dritt ta’ li jiddisponi mill-merkanzija u t-titolu ta’ proprjetà jiġu ttrasferiti favur tiegħu fil-mument tat-tagħbija tal-merkanzija fil-mezzi tat-trasport u li x-xerrej jassumi l-istess obbligu għat-trasport lejn Stat Membru ieħor? |
(2) |
Huwa biżżejjed, sabiex il-bejjiegħ ikun jista’ japplika s-sistema ta’ bejgħ eżenti mill-VAT, li jiżgura li trakkijiet irreġistrati barra mill-pajjiż iġorru l-merkanzija mibjugħa, li jkun rċieva d-dokumenti tas-CMR lura mix-xerrej, jew għandu jiżgura ruħu li l-merkanzija mibjugħa qasmet il-fruntiera u li ġiet ittrasportata fil-Komunità? |
(3) |
Il-preżenza ta’ bejgħ eżenti mill-VAT tista’ tiġi kkontestata biss għar-raġunijiet li l-awtoritajiet fiskali ta’ Stat Membru ieħor iħassar b’mod retroattiv in-numru tat-taxxa Komunitarja tax-xerrej għal data qabel il-kunsinna tal-merkanzija? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347, p. 1.