Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0401

    Kawża C-401/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 11 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — ir-Repubblika Ċeka) — Blanka Soukupová vs Ministerstvo zemědělství (Agrikoltura — FAEGG — Regolament (KE) Nru 1257/1999 — Appoġġ għall-iżvilupp rurali — Appoġġ għal irtirar kmieni — Persuna li tittrasferixxi li għandha tal-anqas 55 sena, mingħajr ma tkun laħqet l-età ta’ irtirar fil-mument tat-trasferiment — Kunċett ta’ “età ta’ irtirar” — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi età ta’ irtirar li tvarja skont is-sess kif ukoll, għan-nisa, skont in-numru ta’ tfal imrobbija — Prinċipji ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni)

    ĠU C 156, 1.6.2013, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — ir-Repubblika Ċeka) — Blanka Soukupová vs Ministerstvo zemědělství

    (Kawża C-401/11) (1)

    (Agrikoltura - FAEGG - Regolament (KE) Nru 1257/1999 - Appoġġ għall-iżvilupp rurali - Appoġġ għal irtirar kmieni - Persuna li tittrasferixxi li għandha tal-anqas 55 sena, mingħajr ma tkun laħqet l-età ta’ irtirar fil-mument tat-trasferiment - Kunċett ta’ “età ta’ irtirar” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi età ta’ irtirar li tvarja skont is-sess kif ukoll, għan-nisa, skont in-numru ta’ tfal imrobbija - Prinċipji ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni)

    2013/C 156/10

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší správní soud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Blanka Soukupová

    Konvenuta: Ministerstvo zemědělství

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyšší správní soud — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391), kif ukoll tal-prinċipji ġenerali ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni — Sostenn għall-irtirar minn qabel mill-agrikoltura, li jista’ jitħallas lil min qiegħed jitrasferixxi u li għandu mill-inqas 55 sena, iżda li jkun għadu ma laħaqx l-età normali tal-irtirar fil-mument tat-trasferiment — Kunċett ta’ “l-eta’ ta’ rtirar” — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-età tal-irtirar li tvarja skont is-sess kif ukoll, fir-rigward tan-nisa, skont in-numru ta’ tfal li rabbew

    Dispożittiv

    Ma huwiex konformi mad-dritt tal-Unjoni u mal-prinċipji ġenerali tagħha ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni li, skont dispożizzjonijiet tal-iskema nazzjonali ta’ rtirar tal-Istat Membru kkonċernat relatati mal-età neċessarja għal dritt għal pensjoni ta’ rtirar, l-“età ta’ rtirar”, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti, tiġi ddeterminata b’mod differenti skont is-sess tal-applikant għall-appoġġ għall-irtirar kmieni mill-agrikoltura u, fir-rigward tal-applikanti nisa, skont in-numru ta’ tfal imrobbija mill-persuna kkonċernata.


    (1)  ĠU C 311, 22.10.2011.


    Top