Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0375

    Kawża C-375/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 21 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle — il-Belġju) — Belgacom SA, Mobistar SA, KPN Group Belgium SA vs État belge (Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet — Direttiva 2002/20/KE — Artikoli 3 u 12 sa 14 — Drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju — Tariffi għad-drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju — Tariffi uniċi għall-għoti u għat-tiġdid tad-drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju — Metodu ta’ kalkolu — Tibdil ta’ drittijiet eżistenti)

    ĠU C 156, 1.6.2013, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle — il-Belġju) — Belgacom SA, Mobistar SA, KPN Group Belgium SA vs État belge

    (Kawża C-375/11) (1)

    (Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet - Direttiva 2002/20/KE - Artikoli 3 u 12 sa 14 - Drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju - Tariffi għad-drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju - Tariffi uniċi għall-għoti u għat-tiġdid tad-drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju - Metodu ta’ kalkolu - Tibdil ta’ drittijiet eżistenti)

    2013/C 156/09

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour constitutionnelle

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Belgacom SA, Mobistar SA, KPN Group Belgium SA

    Konvenut: État belge

    Suġġett

    Talba għal domanda preliminari — Cour constitutionnelle (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3, 12 u 13, u 14(1) u (2) tad-Direttiva 2002/20/KE tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ “Awtorizzazzjoni”) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta lill-operaturi li għandhom drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tat-telefonija mobbli għall-ħlas ta’ tariffa unika fil-kuntest ta’ awtorizzazzjonijiet għall-implementazzjoni u għat-tħaddim fit-territorju tagħhom ta’ netwerk tat-telefonija mobbli għal perjodu ta’ ħmistax-il sena — Tiġdid tad-drittijiet individwali tal-operaturi — Obbligu għall-operaturi li japplikaw sabiex jiksbu drittijiet ġodda li jħallsu tariffa unika, stabbilita bl-irkant, barra t-tariffi annwali — Ammissibbiltà

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru jimponi fuq l-operaturi tat-telefonija mobbli li jkollhom drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju tariffa unika, li tkun dovuta kemm fir-rigward ta’ kisba ġdida ta’ drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju u kif ukoll fir-rigward tat-tiġdid ta’ tali drittijiet u li tkun addizzjonali kemm għal tariffa annwali għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ frekwenzi, li tiffavorixxi l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi, u kif ukoll għal tariffa li tkopri l-ispejjeż tal-amministrazzjoni tal-awtorizzazzjoni, bil-kundizzjoni li dawn it-tariffi jkunu verament intiżi li jiġi żgurat l-aħjar użu possibbli tar-riżorsa li jikkostitwixxu dawn il-frekwenzi tar-radju, ikunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati fid-dawl tal-użu li għalih ikunu maħsuba u jieħdu inkunsiderazzjoni l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kundizzjoni li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.

    Taħt l-istess kundizzjoni, l-iffissar tal-ammont ta’ tariffa unika għad-drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju b’riferiment jew għall-ammont ta’ dik li kienet it-tariffa unika inizjali kkalkolata fuq il-bażi tan-numru ta’ frekwenzi u ta’ xhur koperti mid-drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi, jew għall-ammonti li jirriżultaw minn irkanti, jista’ jikkostitwixxi metodu adegwat għad-determinazzjoni tal-valur ta’ frekwenzi tar-radju.

    (2)

    L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2002/20 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jimponi fuq operatur tat-telefonija mobbli tariffa bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bil-kundizzjoni li din il-bidla tkun oġġettivament iġġustifikata, titwettaq b’mod li l-portata ta’ din il-bidla tkun waħda raġonevoli, u li l-partijiet ikkonċernati jiġu informati minn qabel dwar din il-bidla sabiex ikunu jistgħu jesprimu l-opinjoni tagħhom, kundizzjoni li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju fid-dawl tal-ċirkustanzi tat-tilwima inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

    (3)

    L-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2002/20 għandu jiġi intepretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jimponi fuq operatur tat-telefonija mobbli tariffa bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


    (1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


    Top