This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0292
Case C-292/11 P: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 15 January 2014 — European Commission v Portuguese Republic (Appeal — Compliance with a judgment of the Court of Justice establishing a failure to fulfil obligations — Periodic penalty payment — Claim for payment — Repeal of the national legislation which gave rise to the failure to fulfil obligations — Assessment by the Commission of the measures adopted by the Member State to comply with the judgment of the Court of Justice — Limits — Division of jurisdiction between the Court of Justice and the General Court)
Kawża C-292/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 15 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Appell — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kkonstatat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Pagamenti ta’ penalità — Talba għal ħlas — Tħassir tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tat lok għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri adottati mill-Istat Membru sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Tqassim tal-kompetenzi bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali)
Kawża C-292/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 15 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Appell — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kkonstatat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Pagamenti ta’ penalità — Talba għal ħlas — Tħassir tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tat lok għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri adottati mill-Istat Membru sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Tqassim tal-kompetenzi bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali)
ĠU C 85, 22.3.2014, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 85/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-292/11 P) (1)
(Appell - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kkonstatat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Pagamenti ta’ penalità - Talba għal ħlas - Tħassir tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tat lok għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri adottati mill-Istat Membru sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Limiti - Tqassim tal-kompetenzi bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali)
2014/C 85/02
Lingwa tal-proċedura: il-Portugiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, P. Costa de Oliveira u M. Heller, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u J. Arsénio de Oliveira, aġenti)
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u D. Hadroušek, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti), Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Bantou u I. Pouli, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, A. Adam, J. Rossi u N. Rouam, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. Noort, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar u B. Majczyna, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Marzu 2011 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (T-33/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008)7419 finali, tal-25 ta’ Novembru 2008 — Talba għall-pagamenti ta’ penalità dovuti b’eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Jannar 2008, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-70/06, Ġabra p. I-1)
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Portugiża fil-proċedura preżenti. |
(3) |
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |