Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0092

    Kawża C-92/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 21 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — RWE Vertrieb AG vs Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen eV (Direttiva 2003/55/KE — Suq intern tal-gass naturali — Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 1(2) u Artikoli 3 sa 5 — Kuntratti konklużi bejn il-bejjiegħa jew fornituri u l-konsumaturi — Kundizzjonijiet ġenerali — Klawżoli inġusti — Bidla unilaterali mill-bejjiegħ jew fornitur tal-prezz tas-servizz — Riferiment għal leġiżlazzjoni imperattiva maħsuba għal kategorija oħra ta’ konsumaturi — Applikabbiltà tad-Direttiva 93/13/KEE — Obbligu ta’ redazzjoni sempliċi u ċara u ta’ trasparenza)

    ĠU C 156, 1.6.2013, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — RWE Vertrieb AG vs Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen eV

    (Kawża C-92/11) (1)

    (Direttiva 2003/55/KE - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 1(2) u Artikoli 3 sa 5 - Kuntratti konklużi bejn il-bejjiegħa jew fornituri u l-konsumaturi - Kundizzjonijiet ġenerali - Klawżoli inġusti - Bidla unilaterali mill-bejjiegħ jew fornitur tal-prezz tas-servizz - Riferiment għal leġiżlazzjoni imperattiva maħsuba għal kategorija oħra ta’ konsumaturi - Applikabbiltà tad-Direttiva 93/13/KEE - Obbligu ta’ redazzjoni sempliċi u ċara u ta’ trasparenza)

    2013/C 156/04

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: RWE Vertrieb AG

    Konvenut: Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen eV

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2) u, flimkien mal-punt 1(j) u t-tieni sentenza tal-punt 2(b) tal-Anness, tal-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(3), flimkien mal-punti (b) u (ċ) tal-Anness A, tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230) — Klawżola li tistabbilixxi d-dritt tal-bejjiegħ jew fornitur li jbiddel unilateralment il-prezz tas-servizz b’riferiment għar-regoli vinkolanti intiżi għal kategorija oħra ta’ konsumaturi — Applikabbiltà tad-Direttiva 93/13/KEE — Rekwiżiti marbuta mal-obbligi ta’ redazzjoni sempliċi u ċara u ta’ trasparenza

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva tapplika għall-klawżoli tal-kundizzjonijiet ġenerali integrati f’kuntratti, konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, li jadottaw regola tad-dritt nazzjonali applikabbli għal kategorija oħra ta’ kuntratt u li ma humiex suġġetti għal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni.

    (2)

    L-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 93/13, moqrija flimkien mal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi evalwat jekk klawżola kuntrattwali standardizzata, li permezz tagħha impriża ta’ provvista tirriżerva d-dritt li tbiddel l-ispejjeż tal-provvista ta’ gass, tweġibx jew le għar-rekwiżiti ta’ bona fide, ta’ ekwilibriju u ta’ trasparenza meħtieġa minn dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom b’mod partikolari importanza essenzjali:

    il-kwistjoni jekk il-kuntratt jesponix b’mod trasparenti r-raġuni u l-metodu ta’ varjazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż, b’mod li l-konsumatur ikun jista’ jipprevedi, abbażi ta’ kriterji ċari u li jinftehmu, il-bidliet eventwali ta’ dawn l-ispejjeż. L-assenza ta’ informazzjoni fuq dan is-suġġett qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ma tistax, bħala prinċipju, tiġi kkumpensata mill-fatt biss li l-konsumaturi, matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, jiġu infurmati bil-bidla fl-ispejjeż bi preavviż raġonevoli u tad-dritt tagħhom li jirrexxindu l-kuntratt jekk huma ma jixtiqux jaċċettaw din il-bidla u

    il-kwistjoni jekk il-possibbiltà ta’ rexissjoni mogħtija lill-konsumatur tistax, fil-kundizzjonijiet konkreti, tiġi realment eżerċitata.

    Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq din l-evalwazzjoni skont iċ-ċirkustanzi proprji kollha tal-każ, inklużi l-klawżoli kollha li jinsabu fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti ta’ konsum li l-klawżola inkwistjoni tagħmel parti minnhom.


    (1)  ĠU C 211, 16.07.2011.


    Top