EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0516

Kawża T-516/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni (“FAEGG — Taqsima ‘Gwida’ — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programm ta’ inizjattiva Komunitarja Leader+ — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur tal- Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali”)

ĠU C 279, 24.8.2015, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-516/10) (1)

((“FAEGG - Taqsima ‘Gwida’ - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm ta’ inizjattiva Komunitarja Leader+ - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur tal- Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali”))

(2015/C 279/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn E. Belliard, B. Cabouat, G. de Bergues, D. Colas u C. Candat, sussegwentement minn D. Colas, C. Candat u J. S. Pilczer, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni C (2010) 5724 tal-Kumissjoni (finali), tat-23 ta’ Awwissu 2010, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Gwida”, mogħtija għall-programm ta’ inizjattiva Komunitarja CCI 2000.FR.060.PC.001 (France – Leader+).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni C (2010) 5724 tal-Kumissjoni (finali), tat-23 ta’ Awwissu 2010, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Gwida”, mogħtija għall-programm ta’ inizjattiva Komunitarja CCI 2000.FR.060.PC.001 (France – Leader+) hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Repubblika Franċiża.


(1)  ĠU C 13, 15.1.2011.


Top