EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0028

Kawża C-28/10 P: Appell ippreżentat fil- 21 ta’ Diċembru 2009 minn Mehmet Salih Bayramoglu mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) mogħtija fl- 24 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-110/09: Mehmet Salih Bayramoglu vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 80, 27.3.2010, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/16


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2009 minn Mehmet Salih Bayramoglu mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) mogħtija fl-24 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-110/09: Mehmet Salih Bayramoglu vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-28/10 P)

2010/C 80/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Mehmet Salih Bayramoglu (rappreżentant: A. Riza QC)

Appellati: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/511/KE (1) fuq il-bażi li hija bbażata fuq nuqqas illegali milli taġixxi b’mod li tippermetti lill-poplu Tork Ċiprijott ikun jista’ jipparteċipa fl-elezzjonijiet Ewropej bi ksur tal-Artikolu 189 tat-Trattat KE moqri flimkien mal-Artikoli 5 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

tiddikjara li s-sitt Membri Parlamentari Ewropej innotifikati mir-Repubblika ta’ Ċipru wara s-6 ta’ Ġunju 2009 li rritornaw taħt l-arranġamenti elettorali preżenti ma jirrapreżentawx il-poplu Ċipriott Tork kif meħtieġ mil-liġi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant isostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza kienet żbaljata meta ddeċidiet li l-azzjoni tiegħu kienet tressqet wara l-għeluq tat-terminu. Huwa jsostni insostenn ta’ dan l-argument li l-ġurisprudenza li bbażat ruħha fuqa l-Qorti tal-Prim’Istanza ma kinitx tinvolvi nuqqas milli jiġi pprovdut għad-dritt fundamentali li poplu kollu jipparteċipa f’elezzjonijiet u ma kinitx tirrigwarda deċiżjoni li l-bażi legali tagħha kienet nuqqas milli wieħed jaġixxi u jagħmel provvedimenti għall-elezzjonijiet pjutost milli intenzjonata għall-postponiment tad-dritt li jkun hemm dawn l-elezzjonijiet.

L-appellant isostni wkoll li ma kienx minnu li huwa ma invokax l-eżistenza ta’ żball skużabbli jew ta’ forza maġġuri meta ppreżenta r-rikors.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2004 li tikkonċerna r-rappreżentanza tal-poplu ta’ Ċipru fil-Parlament Ewropew fil-każ ta’ ftehim dwar il-problema ta’ Ċipru (ĠU L 142M, p. 58–59)


Top