Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0423

Kawża C-423/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmiem Awla) tat- 18 ta' Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Delphi Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf (Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja — Konnekters tal-elettriku — Subintestatura 853669 — Plaggs u sokits)

ĠU C 204, 9.7.2011, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmiem Awla) tat-18 ta' Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Delphi Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf

(Kawża C-423/10) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Konnekters tal-elettriku - Subintestatura 8536 69 - Plaggs u sokits)

2011/C 204/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Delphi Deutschland GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Düsseldorf

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 327, p. 1), Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005 (ĠU L 286, p. 1), kif ukoll Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 301, p. 1) — Konnekters tal-elettriku, intiżi sabiex jingħaqdu mat-tarf tal-wajer tal-elettriku u jitqiegħdu f’kopertura tal-plastik sabiex jagħqdu żewġ kejbils — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 8536 69 tan-Nomenklatura Magħquda.

Dispożittiv

Is-subintestatura 8536 69 tan-Nomeklatura Magħquda li tidher fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat għas-snin 2005, 2006 u 2007, rispettivament, bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, u (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens illi l-konnekters tal-elettriku, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma humiex esklużi minn din is-subintestatura minħabba li ma jiżgurawx l-iżolazzjoni tal-pajp fil-punt ta’ konnessjoni jew li jirrappreżentaw biss parti mill-plaggs u sokits immanifatturati sussegwentement, peress illi jippermettu li jsiru konnessjonijiet tal-elettriku bejn tagħmir, kejbils u bords ta’ konnessjonijiet, eċċ., sempliċiment billi jkunu pplaggjati l-plaggs fis-sokits mingħajr l-ebda xogħol ta’ muntaġġ.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


Top