Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0399

    Kawżi magħquda C-399/10 P u C-401/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Magna) tad- 19 ta’ Marzu 2013 — Bouygues SA, Bouygues Télécom SA vs Il-Kummissjoni Ewropea et , Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża vs Bouygues SA et (C-401/10 P) ( “Appelli — Għajnuna mill-Istat — Miżuri finanzjarji favur France Télécom — Proġett ta’ self minn azzjonist — Dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ membru tal-gvern Franċiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u ma tordnax l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ vantaġġ finanzjarju — Kunċett ta’ impenn tar-riżorsi tal-Istat” )

    ĠU C 156, 1.6.2013, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Magna) tad-19 ta’ Marzu 2013 — Bouygues SA, Bouygues Télécom SA vs Il-Kummissjoni Ewropea et, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża vs Bouygues SA et (C-401/10 P)

    (Kawżi magħquda C-399/10 P u C-401/10 P) (1)

    (Appelli - Għajnuna mill-Istat - Miżuri finanzjarji favur France Télécom - Proġett ta’ self minn azzjonist - Dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ membru tal-gvern Franċiż - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u ma tordnax l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ vantaġġ finanzjarju - Kunċett ta’ impenn tar-riżorsi tal-Istat)

    2013/C 156/02

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    (Kawża C-399/10 P)

    Appellanti: Bouygues SA, Bouygues Télécom SA (rappreżentanti: C. Baldon, J. Blouet-Gaillard, J. Vogel, F. Sureau u D. Theophile, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, D. Grespan u S. Thomas, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti), France Télécom SA (rappreżentanti: inizjalment minn S. Hautbourg, S. Quesson u L. Olza Moreno, avukati, sussegwentement minn S. Hautbourg u S. Quesson, avukati), Association française des opérateurs de réseaux et services de télécommunications (AFORS Télécom)

    Intervenjenti insostenn tar-Repubblika Franċiża: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti, assisti minn U. Soltész, avukat)

    (Kawża C-401/10 P)

    Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, D. Grespan u S. Thomas, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti), Bouygues SA, Bouygues Télécom SA (rappreżentanti: C. Baldon, J. Blouet-Gaillard, J. Vogel, F. Sureau u D. Theophile, avukati), France Télécom SA (rappreżentanti: inizjalment minn S. Hautbourg, S. Quesson u L. Olza Moreno, avukati, sussegwentement minn S. Hautbourg u S. Quesson, avukati), Association française des opérateurs de réseaux et services de télécommunications (AFORS Télécom)

    Intervenjenti insostenn tar-Repubblika Franċiża: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti, assisti minn U. Soltész, avukat)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Mejju 2010 (T-425/04, T-444/04, T-450/04 u T-456/04), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/621/KE, tat-2 ta’ Awwissu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata minn Franza favur France Télécom (ĠU L 257, p. 11) — Klassifikazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet magħmula minn membru tal-gvern u tal-ħlas bil-quddiem minn azzjonarju bħala “għajnuna”

    Dispożittiv

    (1)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Mejju 2010, Franza et vs Il-Kummissjoni (T-425/04, T-444/04, T-450/04 u T-456/04), hija annullata.

    (2)

    Il-Kawżi T-425/04, T-444/04 u T-450/04 huma rrinvijati quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tkun tista’ tiddeċiedi fuq l-aggravji mqajma quddiemha u li dwarhom il-Qorti tal-Ġustizzja ma ppronunċatx ruħha.

    (3)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 317, 20.11.2010


    Top