EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CA0186
Case C-186/10: Judgment of the Court (Second Chamber) of 21 July 2011 (reference for a preliminary ruling from the Court of Appeal (England and Wales) (Civil Division) (United Kingdom)) — Tural Oguz v Secretary of State for the Home Department (EEC-Turkey Association Agreement — Article 41(1) of the Additional Protocol — Standstill clause — Freedom of establishment — Refusal of the application for further leave to remain from a Turkish national who had established a business in breach of the conditions of his leave to remain — Abuse of rights)
Kawża C-186/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 21 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales), (Civil Division) (ir-Renju Unit) — Tural Oguz vs Secretary of State for the Home Department (Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali — Klawżola ta’ ‘standstill’ — Libertà ta’ stabbiliment — Rifjut ta’ tiġdid tal-permess ta’ residenza ta’ ċittadin Tork li stabbilixxa impriża bi ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti minn dan il-permess — Abbuż ta’ dritt)
Kawża C-186/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 21 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales), (Civil Division) (ir-Renju Unit) — Tural Oguz vs Secretary of State for the Home Department (Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali — Klawżola ta’ ‘standstill’ — Libertà ta’ stabbiliment — Rifjut ta’ tiġdid tal-permess ta’ residenza ta’ ċittadin Tork li stabbilixxa impriża bi ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti minn dan il-permess — Abbuż ta’ dritt)
ĠU C 269, 10.9.2011, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales), (Civil Division) (ir-Renju Unit) — Tural Oguz vs Secretary of State for the Home Department
(Kawża C-186/10) (1)
(Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali - Klawżola ta’ ‘standstill’ - Libertà ta’ stabbiliment - Rifjut ta’ tiġdid tal-permess ta’ residenza ta’ ċittadin Tork li stabbilixxa impriża bi ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti minn dan il-permess - Abbuż ta’ dritt)
2011/C 269/22
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Tural Oguz
Konvenut: Secretary of State for the Home Department
fil-preżenza ta’: Centre for Advice on Individual Rights in Europe
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 41(1) tal-Protokoll addizzjonali u l-protokoll finanzjarju, iffirmati fit-23 ta’ Novembru 1970, u mehmuż mal-Ftehim li jwaqqaf Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Europea u t-Turkija u li jikkonċerna l-miżuri li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tagħhom — Regola ta’ standstill — Portata — Projbizzjoni għall-Istati Membru milli jintroduċu restrizzjonijiet ġodda fir-rigward tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Ċittadin Tork li beda negozju fir-Renju Unit wara li kiseb permess ta’ residenza bil-kundizzjoni li ma jinvolvix ruħu f’negozju mingħajr il-kunsens tas-Secretary of State — Rifjut li dan il-permess jiġi mġedded minħabba ksur tal-kundizzjonijiet tiegħu
Dispożittiv
L-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 fi Brussell, u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta’ Diċembru 1972, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jista’ jiġi invokat minn ċittadin Tork, li jkollu permess joqgħod fi Stat Membru bil-kundizzjoni li ma jinvolvix ruħu f’negozju jew fi professjoni, li madankollu jibda jaħdem għal rasu bi ksur ta’ din il-kundizzjoni u mbagħad japplika mal-awtoritajiet nazzjonali sabiex jestendi l-permess ta’ residenza tiegħu fuq il-bażi tan-negozju li sadattant ikun stabbilixxa.