Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0002

    Kawża C-2/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 21 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia — l-Italja) — Azienda Agro-Zootecnica Franchini sarl, Eolica di Altamura Srl vs Regione Puglia (Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa — Direttiva 79/409/KEE — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Żoni speċjali ta’ konservazzjoni li jappartjenu lin-netwerk ekoloġiku Ewropew Natura 2000 — Direttivi 2009/28/KE u 2001/77/KE — Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli — Regoli nazzjonali — Projbizzjoni ta’ tqegħid ta’ turbini tar-riħ mhux intiżi għall-konsum proprju — L-ebda evalwazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-proġett fuq l-ambjent)

    ĠU C 269, 10.9.2011, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia — l-Italja) — Azienda Agro-Zootecnica Franchini sarl, Eolica di Altamura Srl vs Regione Puglia

    (Kawża C-2/10) (1)

    (Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Direttiva 79/409/KEE - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni li jappartjenu lin-netwerk ekoloġiku Ewropew Natura 2000 - Direttivi 2009/28/KE u 2001/77/KE - Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Regoli nazzjonali - Projbizzjoni ta’ tqegħid ta’ turbini tar-riħ mhux intiżi għall-konsum proprju - L-ebda evalwazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-proġett fuq l-ambjent)

    2011/C 269/12

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Azienda Agro-Zootecnica Franchini sarl, Eolica di Altamura Srl

    Konvenut: Regione Puglia

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern tal-elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 121), tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, p. 16), tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98) u tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) — Liġijiet nazzjonali u reġjonali li jipprojbixxu kull proġett ta’ installazzjoni ta’ sistemi ta’ produzzjoni ta’ enerġija mir-riħ mhux intiżi għall-konsum proprju u li jinsabu fiż-żoni SIK u ŻSP li huma parti min-netwerk “NATURA 2000” — Nuqqas ta’ stima tal-effetti ambjentali

    Dispożittiv

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, id-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern tal-elettriku, u d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni li tipprojbixxi impjant ta’ turbini tar-riħ mhux intiżi għall-konsum proprju fuq siti li jappartjenu lin-netwerk ekoloġiku Ewropew Natura 2000, mingħajr ebda evalwazzjoni bil-quddiem tal-impatt ambjentali tal-proġett fuq is-sit ikkonċernat b’mod speċifiku, sa kemm jiġu osservati l-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità.


    (1)  ĠU C 63, 13.03.2010.


    Top