EUR-Lex Dostop do prava EU

Nazaj na domačo stran EUR-Lex

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 62009TA0221

Kawża T-221/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Lulju 2011 — Ergo Versicherungsgruppe vs UASI — Société de développement et de recherche industrielle (ERGO Group) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ERGO Group — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti URGO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

ĠU C 269, 10.9.2011, str. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2011 — Ergo Versicherungsgruppe vs UASI — Société de développement et de recherche industrielle (ERGO Group)

(Kawża T-221/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ERGO Group - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti URGO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 269/104

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ergo Versicherungsgruppe AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. W. Renck, T. Dolde u J. Pause, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société de développement et de recherche industrielle (Chenôve, Franza) (rappreżentant: K. Dröge, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Marzu 2009 (Każ R 520/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société de développement et de recherche industrielle u Ergo Versicherungsgruppe AG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ergo Versicherungsgruppe AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 180, 01.08.2009.


Na vrh