EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0160

Kawża T-160/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Lulju 2011 — Winzer Pharma vs UASI — Alcon (OFTAL CUSI) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OFTAL CUSI — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Ophtal — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

ĠU C 269, 10.9.2011, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2011 — Winzer Pharma vs UASI — Alcon (OFTAL CUSI)

(Kawża T-160/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OFTAL CUSI - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Ophtal - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 269/102

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Dr. Robert Winzer Pharma GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schneller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alcon Inc. (Hünenberg, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Vidal-Quadras Trias de Bes, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Frar 2009 (Każ R 1471/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dr. Robert Winzer Pharma GmbH u Alcon Inc.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Dr. Robert Winzer Pharma GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Alcon Inc.


(1)  ĠU C 167, 18.07.2009.


Top