EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FN0076

Kawża F-76/09: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Settembru 2009 — Cusack-Gard’ner vs Il-Kummissjoni

ĠU C 297, 5.12.2009, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/36


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2009 — Cusack-Gard’ner vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-76/09)

2009/C 297/56

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Carolyn Cusack-Gard’ner (Wavre, il-Belġju) (rappreżentant: Dr John Temple Lang, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Ġunju 2009 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tibbenefika minn rimbors sħiħ tal-ispejjeż li saru għat-trattament tal-kura tagħha

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-22 ta’ Ġunju 2009 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti;

tiddikjara li l-Kapitolu 3 tat-Titolu II tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni dwar ir-rimbors tal-ispejjeż mediċi, mhux applikabbli skont l-Artikolu 241 KE:

sa fejn jipprovdi li l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel dovuti jew tal-infermier li jkun preżenti fir-residenza tal-pazjent mhumiex rimborsabbli, u

sa fejn jistabbilixxi limitu tar-rimbors għall-ispejjeż dovuti jew tal-infermier li jkun preżenti fir-residenza tal-pazjent;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


Top