Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FN0062

    Kawża F-62/09: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Ġunju 2009 — Guido Strack vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU C 193, 15.8.2009, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 193/36


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Guido Strack vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża F-62/09)

    2009/C 193/61

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, Rechtsanwalt)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Deskrizzjoni tal-kawża

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ċaħdet l-ilment tar-rikorrent tas-27 ta’ Novembru 2008 peress li kien mingħajr suġġett, kif ukoll talba għad-danni.

    Talbiet tar-rikorrent

    Ir-rikorrent jitlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku:

    jannulla ċ-ċaħda impliċita mill-Kummissjoni tat-talba tar-rikorrent tat-8 ta’ Mejju 2008, li seħħet fit-8 ta’ Novembru 2008 u, sakemm huwa neċessarju għal dan il-għan jew għall-finijiet tar-raba’ motiv tar-rikors preżenti, jannulla wkoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2009 li tiċħad l-ilment tiegħu;

    jordna lill-Kummissjoni tħallas danni xierqa ta’ minn tal-inqas EUR 15 000 għad-dewmien u għad-dannu li jkunu kkawżati, sakemm ikun għadu pendenti r-rikors preżenti, minħabba l-aġir illegali adottat sal-lum il-ġurnata mill-Kummissjoni fir-rigward tal-proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni u minħabba n-nuqqas ta’ implementazzjoni tas-sentenzi T-85/04 u T-394/04;

    barra minn hekk, jordna lill-Kummissjoni, fid-dawl ta’ dannu simili ieħor ikkawżat, tħallas danni ta’ mill-inqas EUR 10 kuljum b’effett mid-data wara l-preżentazzjoni tar-rikors preżenti, sad-data meta s-sentenzi T-85/04 u T-394/04 jiġu kompletament u legalment implementati permezz tat-tmiem legali tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni fir-rigward tar-rikorrent inkwistjoni f’dawn is-sentenzi, tmiem li jimplika, fil-każ li jintlaqa’ l-ħames motiv tar-rikors preżenti, il-ħlas tal-kumpens kollu;

    jordna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent danni ta’ mill-inqas EUR 5 000 minħabba allegazzjonijiet foloz inklużi fl-ittra tagħha tas-27 ta’ Marzu 2009 u li, lil hinn minn sempliċi ċaħda tal-ilment, affettwaw l-unur tar-rikorrent u r-reputazzjoni professjonali tiegħu;

    jordna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent kumpens ta’ ammont xieraq, ta’ mill-inqas EUR 25 000, talli ċaħħdet lil dan tal-aħħar mill-possibbiltà li jibbenefika minn proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni mwettqa legalment, fatt li għalih hija esklużivament responsabbli;

    jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


    Top