EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0382

Kawża C-382/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fit- 28 ta’ Settembru 2009 — SIA Stils Met vs Valsts ieņēmumu dienests

ĠU C 297, 5.12.2009, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fit-28 ta’ Settembru 2009 — SIA Stils Met vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-382/09)

2009/C 297/26

Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA Stils Met

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

(1)

Il-Kodiċi TARIC 7312108219, 7312108419, 7312108619 għandhom jiġu interpretati fis-sens li prodotti tal-azzar li d-dimensjoni trasversali tagħhom huwa tad-daqs indikat — wajers u kejbils, mhux miksijin jew miksijin biż-żingu, b’mod partikolari dik tal-liga tal-azzar (iżda mhux tal-azzar inossidabbli) — u li mhumiex importati la mill-Moldova u lanqas mill-Marokk, għandhom jiġu kklassifikati fl-2004 u fl-2005, indipendentement mill-kompożizzjoni kimika tagħhom?

(2)

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (1), tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ sanzjoni (multa) ugwali għat-total tad-dazji antidumping, prevista mil-leġiżlazzjoni tal-Istat ikkonċernat (Artikolu 32(2) tal-liġi Latvjana fuq taxxi u dazji) fil-każ ta’ ksur tal-liġi fiskali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 10, p. 45


Top