This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CA0391
Case C-391/09: Judgment of the Court (Second Chamber) of 12 May 2011 (reference for a preliminary ruling from the Vilniaus miesto 1 apylinkės teismas (Republic of Lithuania)) — Malgožata Runevič-Vardyn, Łukasz Paweł Wardyn v Vilniaus miesto savivaldybės administracija, Lietuvos Respublikos teisingumo ministerija, Valstybinė lietuvių kalbos komisija, Vilniaus miesto savivaldybės administracijos Teisės departamento Civilinės metrikacijos skyrius (Citizenship of the Union — Freedom to move and reside in the Member States — Principle of non-discrimination on grounds of nationality — Articles 18 TFEU and 21 TFEU — Principle of equal treatment of persons irrespective of racial or ethnic origin — Directive 2000/43/EC — National rules requiring that the surnames and forenames of natural persons must be entered on certificates of civil status in a form which complies with the rules governing the spelling of the official national language)
Kawża C-391/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 12 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus miesto 1 apylinkės teismas — Ir-Repubblika tal-Litwanja) — Malgožata Runevič-Vardyn, Łukasz Wardyn vs Vilniaus miesto savivaldybės administracija, Lietuvos Respublikos teisingumo ministerija, Valstybinė lietuvių kalbos komisija, Vilniaus miesto savivaldybės administracijos Teisės departamento Civilinės metrikacijos skyrius ( “Ċittadinanza tal-Unjoni — Libertà ta’ moviment u residenza fl-Istati Membri — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità — Artikoli 18 TFUE u 21 TFUE — Prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni mingħajr distinzjoni abbażi ta’ razza jew oriġini etnika — Direttiva 2000/43/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li l-kunjomijiet u l-ismijiet tal-persuni fiżiċi jinkitbu fl-atti tal-istat ċivili f’forma li tirrispetta r-regoli ortografiċi tal-lingwa uffiċjali nazzjonali” )

ĠU C 194, 2.7.2011, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus miesto 1 apylinkės teismas — Ir-Repubblika tal-Litwanja) — Malgožata Runevič-Vardyn, Łukasz Wardyn vs Vilniaus miesto savivaldybės administracija, Lietuvos Respublikos teisingumo ministerija, Valstybinė lietuvių kalbos komisija, Vilniaus miesto savivaldybės administracijos Teisės departamento Civilinės metrikacijos skyrius
(Kawża C-391/09) (1)
(Ċittadinanza tal-Unjoni - Libertà ta’ moviment u residenza fl-Istati Membri - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità - Artikoli 18 TFUE u 21 TFUE - Prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni mingħajr distinzjoni abbażi ta’ razza jew oriġini etnika - Direttiva 2000/43/KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li l-kunjomijiet u l-ismijiet tal-persuni fiżiċi jinkitbu fl-atti tal-istat ċivili f’forma li tirrispetta r-regoli ortografiċi tal-lingwa uffiċjali nazzjonali)
2011/C 194/04
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Vilniaus miesto 1 apylinkės teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Malgožata Runevič-Vardyn, Łukasz Wardyn
Konvenuti: Vilniaus miesto savivaldybės administracija, Lietuvos Respublikos teisingumo ministerija, Valstybinė lietuvių kalbos komisija, Vilniaus miesto savivaldybės administracijos Teisės departamento Civilinės metrikacijos skyrius
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE u tal-Artikolu 18(1) KE kif ukoll tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità [trattament ugwali tal-persuni irrispettivament mir-razza jew mill-oriġini etnika] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1., p. 23) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi t-traskrizzjoni tal-kunjomijiet u tal-ismijiet tal-persuni ta’ nazzjonalità jew ċittadinanza differenti fil-karattri tal-lingwa uffiċjali tal-Istat fl-atti tal-istat ċivili maħruġa minn dan l-Istat.
Dispożittiv
(1) |
Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-kunjomijiet u l-ismijiet ta’ persuna jistgħu jinkitbu fl-atti tal-istat ċivili ta’ dan l-Istat biss f’forma li tosserva r-regoli ortografiċi tal-lingwa uffiċjali nazzjonali tikkonċerna sitwazzjoni li ma taqax taħt il-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplementa l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità [trattament ugwali tal-persuni irrispettivament mir-razza jew mill-oriġini etnika]. |
(2) |
L-Artikolu 21 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|