Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0186

    Kawża C-186/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal- 4 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/113/KE — Ugwaljanza bejn irġiel u nisa — Aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst f’dak li jikkonċerna Ġibiltà)

    ĠU C 80, 27.3.2010, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 80/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    (Kawża C-186/09) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/113/KE - Ugwaljanza bejn irġiel u nisa - Aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst f’dak li jikkonċerna Ġibiltà)

    2010/C 80/11

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. van Beek u P. Van den Wyngaert, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: H. Walker, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (ĠU L 153M, p. 294)

    Dispożittiv

    (1)

    Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

    (2)

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 180, 01.08.2009


    Top