EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0115

Kawża C-115/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat- 12 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — Ġermanja) — Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, Landesverband Nordrhein-Westfalen e.V. vs Bezirksregierung Arnsberg ( “Direttiva 85/337/KEE — Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Direttiva 2003/35/KE — Aċċess għall-ġustizzja — Organizzazzjonijiet mhux governattivi għall-protezzjoni tal-ambjent” )

ĠU C 204, 9.7.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — Ġermanja) — Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, Landesverband Nordrhein-Westfalen e.V. vs Bezirksregierung Arnsberg

(Kawża C-115/09) (1)

(Direttiva 85/337/KEE - Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Direttiva 2003/35/KE - Aċċess għall-ġustizzja - Organizzazzjonijiet mhux governattivi għall-protezzjoni tal-ambjent)

2011/C 204/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, Landesverband Nordrhein-Westfalen e.V.

Konvenut: Bezirksregierung Arnsberg

Fil-preżenza ta’: Trianel Kohlekraftwerk Lünen GmbH & Co. KG,

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466) — Dritt ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li jappellaw minn deċiżjonijiet ta’ permess ta’ proġetti li aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent — Portata ta’ dan id-dritt — Possibbiltà li jiġu invokati r-regoli rilevanti kollha jew dawk biss li huma bbażati direttament fuq id-dritt Komunitarju, inklużi dawk li jipproteġu biss l-interess ġenerali u mhux id-drittijiet individwali — Rekwiżiti materjali f’każ ta’ limitazzjoni għar-regoli biss li huma bbażati fuq id-dritt Komunitarju.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, jipprekludi leġiżlazzjoni li ma tirrikonoxxix fir-rigward ta’ organizzazzjoni mhux governattiva li taħdem favur il-protezzjoni tal-ambjent, prevista fl-Artikolu 1(2) ta’ dik id-direttiva, il-possibbilità li tinvoka, fil-kuntest ta’ rikors kontra deċiżjoni ta’ permess ta’ proġetti li “aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent” fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, il-ksur ta’ regola li tirriżulta mid-dritt tal-Unjoni u li għandha bħala l-għan tagħha l-protezzjoni tal-ambjent, minħabba li dik ir-regola tipproteġi biss l-interessi tal-kollettività u mhux dawk ta’ individwi.

(2)

Tali organizazzjoni mhux governattiva tista’, abbażi tal-aħħar sentenza tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, tibbenefika mid-dritt li tinvoka, fil-kuntest ta’ rikors kontra deċiżjoni ta’ permess ta’ proġetti li “aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent” fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 85/337, kif emendata, il-ksur ta’ regoli tad-dritt nazzjonali li jirriżultaw mill-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43KE tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE tal-20 ta’ Novembru 2006, meta d-dritt proċedurali nazzjonali dan ma jippermettihx minħabba li r-regoli invokati jipproteġu biss l-interessi tal-kollettività u mhux dawk ta’ individwi.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009


Top