This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0280
Case T-280/08: Action brought on 18 July 2008 — Perry v Commission
Kawża T-280/08: Rikors ippreżentat fit- 18 ta' Lulju 2008 — Perry vs Il-Kummissjoni
Kawża T-280/08: Rikors ippreżentat fit- 18 ta' Lulju 2008 — Perry vs Il-Kummissjoni
ĠU C 260, 11.10.2008, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 260/14 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Perry vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-280/08)
(2008/C 260/25)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Claude Perry (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. Culioli, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
— |
tiddikjara li kien hemm nuqqasijiet minn naħa tal-Kummissjoni; |
— |
tiddikjara li dawn in-nuqqasijiet jistabbilixxu r-responsabbiltà extra-kuntrattwali tal-Komunità; |
— |
tiddikjara li kien hemm dannu lir-rikorrent b'rabta kawżali ma' dawn in-nuqqasijiet; |
— |
tiddikjara li l-Komunità hija obbligata li tikkumpensa dan id-dannu; |
— |
tilqa' t-talba ta' C. Perry li stima dan id-dannu għas-somma ta' EUR 1 000 000; |
— |
tikkundanna lill-Komunità għall-ħlas tas-somma ta' EUR 1 000 000 favur C. Perry; |
— |
tikkundanna lill-Komunità għall-ispejjeż kollha tal-kawża; |
— |
tiddikjara li hu ekwu li l-Komunità tħallas id-drittijiet u l-ispejjeż tad-difiża, għal ammont ta' EUR 10 000. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent qed jitlob kumpens għad-dannu li huwa jqis li ġarrab minħabba l-akkużi ta' miżapproprijazzjoni ta' għotjiet Komunitarji waqt l-eżekuzzjoni ta' ċerti kuntratti konklużi bejn kumpanniji tar-rikorrent u l-Kummissjoni fil-kuntest ta' l-għajnuna umanitarja ta' l-Unjoni Ewropea ddestinata għall-Bosnja u r-reġjun tal-Lagi l-Kbar (Great Lakes region) fl-Afrika.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma identiċi għal dawk invokati fl-kuntest tal-kawża T-132/98 Grupp Perry u Isibiris vs Il-Kummissjoni (1).
(1) ĠU 1998 C 312, p. 20.