Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0159

    Kawża T-159/08: Rikors ippreżentat fit- 2 ta' Mejju 2008 — Procter & Gamble vs UASI — Bayer (LIVENSA)

    ĠU C 171, 5.7.2008, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 171/40


    Rikors ippreżentat fit-2 ta' Mejju 2008 — Procter & Gamble vs UASI — Bayer (LIVENSA)

    (Kawża T-159/08)

    (2008/C 171/77)

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: The Procter & Gamble Company (Cincinnati, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. andberg, avukat)

    Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Bayer AG (Leverkusen, Il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta' Frar 2008 fil-Każ R 960/2007-2;

    tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 873 978 tat-3 ta' Mejju 2007;

    tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż; u

    tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell għall-ispejjeż quddiem il-UASI.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja in kwistjoni: It-trade mark verbali “LIVENSA” għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni Nru 004 062 725

    Proprjetarju tat-trade mark jew sinjal imsemmi fil-proċeduri ta' oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

    Trade mark jew sinjal imsemmi: It-trade mark Komunitarja “LYVELSA” għal prodotti fil-klassi 5

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark fl-intier tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: jiċħad l-appell

    Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li m'hemm l'ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks ipparagunati.


    Top