EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0059
Case T-59/08: Action brought on 7 February 2008 — Nute Partecipazione and La Perla v OHIM — Worldgem Brands (NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC)
Kawża T-59/08: Rikors ippreżentat fis- 7 ta' Frar 2008 — Nute Partecipazione u La Perla vs L-UASI — Worldgem Brands (NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC)
Kawża T-59/08: Rikors ippreżentat fis- 7 ta' Frar 2008 — Nute Partecipazione u La Perla vs L-UASI — Worldgem Brands (NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC)
ĠU C 92, 12.4.2008, p. 39–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 92/39 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta' Frar 2008 — Nute Partecipazione u La Perla vs L-UASI — Worldgem Brands (NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC)
(Kawża T-59/08)
(2008/C 92/78)
Lingwa tar-rikors: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Nute Partecipazione SpA (Bologna, l-Italja) u La Perla Srl (Bologna, l-Itlaja) (rappreżentanti: R. Morresi u A. Dal Ferro, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Worldgem Brands Srl (Olmo di Creazzi, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Prinċipalment, tannulla u tirriforma d-deċiżjoni tad-19 ta' Novembru 2007 tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI minħabba l-applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 8(5), kif ukoll minħabba ksur ta' l-Artikoli 63(6), 73 u 74 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta' Novembru 2007 tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI minħabba applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 8(5), kif ukoll minħabba ksur ta' l-Artikoli 63(6), 73 u 74 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja; |
— |
b'mod aktar sussidjarju, tannulla u/jew tirriforma d-deċiżjoni tad-19 ta' Novembru 2007 tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI minħabba applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll minħabba ksur ta' l-Artikoli 63(6), 73 u 74 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja; |
— |
fi kwalunkew każ tikkundanna lill-UASI u lil Worldgem Brands Srl flimkien sabiex ibatu l-ispejjeż tal-proċedura kollha, inklużi dawk relatati mal-proċeduri quddiem it-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark Komunitarja verbali “NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC” (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 713.446), għal prodotti fil-klassi 15. Din l-istess trade mark diġà kienet is-suġġett ta' talba preċedenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità. Id-deċiżjoni li ċaħdet din it-talba preċedenti u li ngħatat mill-Ewwel Bord ta' l-Appell ġiet annullata mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-kawża 137/05, La Perla vs L-UASI — Worldgem Brands (1).
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: WORLDGEM BRANDS Srl
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Ir-reputazzjoni ta' diversi trade marks figurattivi Taljani “PERLA”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 24, 25 u 35.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ilqugħ tat-talba u dikjarazzjoni ta' invalidità tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja in kwistjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-annullament tad-deċiżjoni appellata u l-ilqugħ parzjali tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità.
Motivi invokati: Ksur tal-liġi u interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikoli 63, 73 u 74 tar-Regolament (KE) Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja. Sussidjarjament, ksur tal-liġi u applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 8(1)(b) ta' l-istess Regolament.
(1) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġabra.