Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0432

    Kawża T-432/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ April 2013 — AKM vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq ġeografiku — Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali — Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali — Prova — Preżunzjoni ta’ innoċenza” )

    ĠU C 156, 1.6.2013, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/35


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — AKM vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-432/08) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali - Prova - Preżunzjoni ta’ innoċenza)

    2013/C 156/61

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Staatlich genehmigte Gesellschaft der Autoren, Komponisten und Musikverleger reg. Gen. mbH (AKM) (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. Wollmann u F. Urlesberger, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u O. Weber, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: G. Hesse, C. Pesendorfer, E. Riedl, M. Fruhmann u A. Posch, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC).

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC) huwa annullat, għal dak li jikkonċerna Staatlich genehmigte Gesellschaft der Autoren, Komponisten und Musikverleger reg. Gen. mbH (AKM).

    (2)

    L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni C(2008) 3435 finali huwa annullat, sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, għal dak li jikkonċerna AKM.

    (3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (4)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż sostnuti minn AKM.

    (5)

    AKM għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.

    (6)

    Ir-Repubblika tal-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 327, 20.12.2008.


    Top