Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0422

    Kawża T-422/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ April 2013 — SACEM vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bir-ritrażmissjoni bil-kejbil — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq ġeografiku — Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali — Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali — Prova — Preżunzjoni tal-innoċenza” )

    ĠU C 156, 1.6.2013, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — SACEM vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-422/08) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bir-ritrażmissjoni bil-kejbil - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali - Prova - Preżunzjoni tal-innoċenza)

    2013/C 156/58

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Société des auteurs, compositeurs et éditeurs de musique (SACEM) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentant: H. Calvet, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u E. Gippini Fournier, aġenti)

    Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues, E. Belliard u A.-L. Vendrolini, sussegewentement G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti); u Sociedad General de Autores y Editores (SGAE) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. Allendesalazar Corcho, R. Vallina Hoset u P. Hernández Arroyo, avukati)

    Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: International Federation of the Phonographic Industry (IFPI) (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: L. Uusitalo u L. Rechardt, avukati); RTL Group SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu); CLT-UFA (Lussemburgu); Music Choice Europe Ltd, (Londra, ir-Renju Unit); ProSiebenSat.1 Media AG (Unterföhring, il-Ġermanja); Modern Times Group MTG AB (Stokkolma, l-Isvezja); Viasat Broadcasting UK Ltd (Londra); Verband Privater Rundfunk und Telemedien eV (VPRT) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Hansen, É. Barbier de La Serre, avukati, u O. Zafar, solicitor, sussegwentement M. Hansen, J. Ruiz Calzado, A. Weitbrecht, avukati, u J. Kallaugher, solicitor)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċediment skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ KOMP/C2/38.698 — CISAC).

    Dispożittiv

    (1)

    It-talba għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.

    (2)

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċediment skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ KOMP/C2/38.698 — CISAC), huwa annullat, għal dak li jirrigwarda lis-Société des auteurs, compositeurs et éditeurs de musique (SACEM).

    (3)

    L-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni C(2008) 3435 finali huwa annullat sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, għal dak li jirrigwarda lis-SACEM.

    (4)

    Il-kumplement tar-rikors huwa miċħud.

    (5)

    Is-SACEM għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha, ħlief għal dawk marbuta mal-interventi insostenn tal-Kummissjoni.

    (6)

    Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    (7)

    Is-Sociedad General de Autores y Editores (SGAE) għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.

    (8)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tas-SACEM, ħlief għal dawk marbuta mal-interventi insostenn tal-Kummissjoni, u nofs l-ispejjeż tas-SGAE.

    (9)

    L-International Federation of the Phonographic Industry (IFPI) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tas-SACEM li huma marbuta mal-intervent tagħha.

    (10)

    RTL Group SA, CLT-UFA, Music Choice Europe Ltd, ProSiebenSat.1 Media AG, Modern Times Group MTG AB, Viasat Broadcasting UK Ltd u l-Verband Privater Rundfunk und Telemedien eV (VPRT) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tas-SACEM li huma marbuta mal-interventi tagħhom.

    (11)

    Is-SACEM, il-Kummissjoni, RTL Group, CLT-UFA u Music Choice Europe għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom dwar il-proċeduri għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 327, 20.12.2008.


    Top