Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0416

    Kawża T-416/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ April 2013 — Eesti Autorite Ühing vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Drittijiet tal-awtur relatati mal-eżekuzzjoni fil-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali permezz tal-Internet, tas-satellita u tat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq ġeografiku — Ftehim bilaterali bejn kumpanniji nazzjonali ta’ amministrazzjoni kollettiva — Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jinħarġu liċenzji multiterritorjali u multidirettorji — Prova — Preżunzjoni ta’ innoċenza” )

    ĠU C 156, 1.6.2013, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/30


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — Eesti Autorite Ühing vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-416/08) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur relatati mal-eżekuzzjoni fil-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali permezz tal-Internet, tas-satellita u tat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterali bejn kumpanniji nazzjonali ta’ amministrazzjoni kollettiva - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jinħarġu liċenzji multiterritorjali u multidirettorji - Prova - Preżunzjoni ta’ innoċenza)

    2013/C 156/52

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Eesti Autorite Ühing (Talinn, l-Estonja) (rappreżentant: M. Favart, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u A. Biolan, aġenti)

    Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: International Confederation of Societies of Authors and Composers (CISAC) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u K. Van Hove, avukati); u European Broadcasting Union (EBU) (Grand-Saconnex, l-Isvizzera) (rappreżentanti: D. Waelbroeck u D. Slater, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC)

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC), huwa annullat, f’dak li jikkonċerna Eesti Autorite Ühing.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 313, 06.12.2008.


    Top