EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0401

Kawża T-401/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ April 2013 — Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u r-ritrażmissjoni bil-kejbil — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq ġeografiku — Ftehim bilaterjali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali — Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali — Prova — Preżunzjoni tal-innoċenza” )

ĠU C 156, 1.6.2013, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-401/08) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u r-ritrażmissjoni bil-kejbil - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterjali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali - Prova - Preżunzjoni tal-innoċenza)

2013/C 156/46

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto ry (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: H. Pokela, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Paasivirta, F. Castillo de la Torre u P. Aalto, sussegwentement E. Paasivirta u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, rigward proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC)

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 3 Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC) huwa annullat, għal dak li jikkonċerna lil Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto ry.

(2)

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni C(2008) 3435 finali huwa annullat, sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3 ta’ din tal-aħħar, għal dak li jikkonċerna lil Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto.

(5)

Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.

(6)

Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto u l-Kummissjoni għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008


Top