EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0311

Kawża T-311/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 2 ta’ Lulju 2009 — Fitoussi vs UASI ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja IBIZA REPUBLIC — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti fil-forma ta’ stilla b’ħames ponot imdawra b’ċirku — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) )

ĠU C 193, 15.8.2009, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/21


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2009 — Fitoussi vs UASI

(Kawża T-311/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja IBIZA REPUBLIC - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti fil-forma ta’ stilla b’ħames ponot imdawra b’ċirku - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2009/C 193/32

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paul Fitoussi (Vincennes, Franza) (rappreżentanti: K. Manhaeve, T. van Innis u G. Glas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Bianchi, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Bernadette Nicole J. Loriot (Ibiza, Spanja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Mejju 2008, (Każ R 1135/2007-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn P. Fitoussi u B. Nicole J. Loriot.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

P. Fitoussi huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


Top