EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0207

Kawża T-207/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Mejju 2011 — Habanos vs UASI — Tabacos de Centroamérica (KIOWA) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KIOWA — Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedeni COHIBA — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (CE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

ĠU C 194, 2.7.2011, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2011 — Habanos vs UASI — Tabacos de Centroamérica (KIOWA)

(Kawża T-207/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KIOWA - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedeni COHIBA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (CE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 194/18

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Corporación Habanos, SA (Ħavana, Kuba) (rappreżentanti: inizjalment V. Gil Vega u A. Ruiz López, sussegwentement A. Ruiz López, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tabacos de Centroamérica, SL (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentant: R.M. Caldés Llopis, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Marzu 2008 (Każ R 1189/2001-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Corporación Habanos, SA u Tabacos de Centroamérica, SL.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Corporación Habanos, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

(3)

Tabacos de Centroamérica, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008


Top