EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FB0072

Kawża F-72/08: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 11 ta’ Ġunju 2009 — Ketselidis vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikorsi — Ilment amministrattiv imressaq qabel — Risposta temporanja — Żball skużabbli — Nuqqas — Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda — Ilment tardiv — Inammissibbiltà — Sentenza mogħtija minn qorti Komunitarja — Fatt ġdid sostanzjali — Assenza)

ĠU C 193, 15.8.2009, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/35


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Ketselidis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-72/08) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikorsi - Ilment amministrattiv imressaq qabel - Risposta temporanja - Żball skużabbli - Nuqqas - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda - Ilment tardiv - Inammissibbiltà - Sentenza mogħtija minn qorti Komunitarja - Fatt ġdid sostanzjali - Assenza)

2009/C 193/58

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michalis Ketselidis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba mressqa mir-rikorrent fir-rigward tar-reviżjoni tal-kalkolu tas-snin tas-servizz pensjonabbli li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni meta jsir it-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni miksuba fil-Greċja lejn l-iskema Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

M. Ketselidis huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008, p. 51


Top