Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0341

    Kawża C-341/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgerichts Dortmund (il-Ġermanja) fl- 24 ta' Lulju 2008 — Dr. Domnica Petersen vs Berufungsausschuss für Zahnärzte für den Bezirk Westfalen-Lippe

    ĠU C 260, 11.10.2008, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 260/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgerichts Dortmund (il-Ġermanja) fl-24 ta' Lulju 2008 — Dr. Domnica Petersen vs Berufungsausschuss für Zahnärzte für den Bezirk Westfalen-Lippe

    (Kawża C-341/08)

    (2008/C 260/14)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Sozialgericht Dortmund

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Dr. Domnica Petersen

    Konvenuta: Berufungsausschuss für Zahnärzte für den Bezirk Westfalen-Lippe

    Domandi preliminari

    1)

    Tista' leġiżlazzjoni li tistabbilixxi età massima għall-aċċess għal professjoni (f'dan il-każ għall-attività ta' dentist approvat mis-servizz mediku nazzjonali) tkun miżura objettiva u raġonevoli għall-protezzjoni ta' għan leġittimu (f'dan il-każ is-saħħa tal-pazjenti li għandhom assigurazzjoni tas-saħħa statutorja) u mezz xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan fis-sens ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/78/KE (1) meta din il-leġiżlazzjoni hija bbażata esklużivament fuq il-preżunzjoni, derivata mill-“esperjenza ġenerali tal-ħajja”, li wara età partikolari tibda tmur lura l-kapaċità ġenerali ta' dak li jkun mingħajr ma tittieħed in kunsiderazzjoni b'ebda mod il-kapaċità individwali tal-persuna kkonċernata?

    2)

    Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: Jista' għan (leġiżlattiv) (f'dan il-każ il-protezzjoni tas-saħħa tal-pazjenti li għandhom assigurazzjoni tas-saħħa statutorja) jiġi kkunsidrat bħala leġittimu fis-sens ta' l-Artikolu 6 anki jekk dan l-għan ma kellu ebda rwol fil-perċezzjoni mil-leġiżlatur tad-diskrezzjoni leġiżlattiva tiegħu?

    3)

    Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel jew għat-tieni domanda: Liġi promulgata qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 2000/78/KE li mhijiex kompatibbli ma' din id-direttiva għandha, minħabba l-preċedenza tad-dritt Ewropew, ma tiġix applikata jekk il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (f'dan il-każ l-Allgemeine Gleichbehandlungsgesetz [Liġi ġenerali dwar it-trattament ugwali]) ma tipprevedi ebda konsegwenza legali fil-każ ta' ksur tal-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni?


    (1)  ĠU L 303, p. 16.


    Top