EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0338

Kawża C-338/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Commissione Tributaria Regionale (L-Italja) fit- 22 ta' Lulju 2008  — P. Ferrero u C. SPA vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Alba

ĠU C 260, 11.10.2008, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 260/7


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Commissione Tributaria Regionale (L-Italja) fit-22 ta' Lulju 2008 — P. Ferrero u C. SPA vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Alba

(Kawża C-338/08)

(2008/C 260/11)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: P. Ferrero u C. SPA

Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Ufficio di Alba

Domandi preliminari

1)

it-tnaqqis applikabbli fuq il-“maggiorazione di conguaglio” (eżerċizzju ta' kontabbiltà li jikkonsisti fil-kalkolu tal-fdal jew tan-nuqqas fir-rigward ta' somma partikolari li hija dovuta) għandiex titqies bħala taxxa mnaqqsa f'ras il-għajn fuq l-assi li hija pprojbita mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 435/90 (1) (fil-każ in kwistjoni, il-kumpannija sussidjarja kienet għażlet is-sistema normali)?

2)

Sussidjarjament, fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda, għandha tiġi applikata l-klawżola ta' salvagwardja li tinsab fl-Artikolu 7(2) ta' din id-direttiva?


(1)  ĠU L 225, p. 6.


Top