This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0164
Case C-164/08: Reference for a preliminary ruling from the Monomeles Protodikio Rethimnon (Greece) lodged on 17 April 2008 — Mikhail Zakharioudakis v Dimos Labis
Kawża C-164/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Rethymnis (il-Greċja), fis- 17 ta' April 2008 — Michail Zacharioudakis vs Dimos Lampis
Kawża C-164/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Rethymnis (il-Greċja), fis- 17 ta' April 2008 — Michail Zacharioudakis vs Dimos Lampis
ĠU C 171, 5.7.2008, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 171/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Rethymnis (il-Greċja), fis-17 ta' April 2008 — Michail Zacharioudakis vs Dimos Lampis
(Kawża C-164/08)
(2008/C 171/34)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Monomeles Protodikeio Rethymnis.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Michail Zacharioudakis.
Konvenut: Dimos Lampis.
Domandi preliminari
1) |
Il-Klawżola 5 u l-Klawżola 8(1) u (3) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, li jifforma parti integrali mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (ĠU L 175 ta' l-10 ta' Lulju 1999, p. 43), għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt Komunitarju jipprojbixxi (għall-finijiet ta' l-implementazzjoni ta' l-imsemmi Ftehim Qafas) lill-Stat Membru milli jadotta miżuri meta:
|
2) |
F'każ ta' risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda, safejn qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 1999/70/KE kienet teżisti, fis-sistema legali nazzjonali, miżura ekwivalenti skond il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas, bħall-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 2112/1920 in kwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kkunsidrat li l-adozzjoni ta' att leġiżlattiv sabiex jiġi implementat il-Ftehim Qafas — bħall-Artikolu 11 tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004, in kwistjoni fil-kawża prinċipali — tikkostitwixxi tnaqqis inaċċettabbli fis-sistema legali nazzjonali tal-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss, skond il-Klawżola 8(1) u (3) tal-Ftehim Qafas:
|
3) |
F'każ ta' risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda, safejn qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 1999/70/KE kienet teżisti miżura ekwivalenti skond il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas, bħad-dispożizzjoni rilevanti f'dan il-każ ta' l-Artikolu 8(3) tal-liġi Nru 2112/1920, għandu jiġi kkunsidrat li l-adozzjoni ta' miżura leġiżlattiva għall-implementazzjoni tal-Ftehim Qafas bħad-dispożizzjoni rilevanti f'dan il-każ ta' l-Artikolu 7 tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004 — li bħala l-unika protezzjoni kontra l-abbuż tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss timponi fuq min iħaddem l-obbligu li jħallas il-pagi u indennizz għat-tkeċċija mix-xogħol, f'każ ta' impjieg abbużiv permezz ta' kuntratti ta' impjieg għal żmien fiss suċċessivi — tikkostitwixxi tnaqqis inaċċettabbli, fis-sistema legali nazzjonali, tal-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss, skond il-Klawżola 8(1) u (3) tal-Ftehim Qafas, fid-dawl tal-fatt:
|
4) |
F'każ ta' risposta fil-pożittiv għad-domandi preċedenti, meta tinterpreta d-dritt nazzjonali tagħha fid-dawl tad-Direttiva 1999/70/KE, il-Qorti nazzjonali għandha teskludi d-dispożizzjonijiet li ma jkunux kompatibbli mad-Direttiva li jkunu ġew adottati minħabba t-tħaddim tal-Ftehim Qafas, iżda li jwasslu għal tnaqqis fil-livell ġenerali ta' protezzjoni fid-dritt nazzjonali tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss — bħad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 7 u 11 tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004 — u tapplika, minflok dawn, id-dispożizzjonijiet tal-miżura legali ekwivalenti nazzjonali li kienet teżisti qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, bħad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 2112/1920? |
5) |
Il-fatt li qorti nazzjonali kompetenti tiddeċiedi li, f'dak li jirrigwarda impjiegi għal żmien fiss hija applikabbli, bħala prinċipju, dispożizzjoni (f'dan il-każ l-Artikolu 8(3) tal-liġi Nru 2112/1920) li tikkostitwixxi miżura legali ekwivalenti skond il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas u abbażi ta' liema l-konstatazzjoni li xi kuntratti ta' impjieg ġew konklużi għal żmien fiss mingħajr ma jkunu ġġustifikati minn xi raġuni oġġettiva li tirrigwarda n-natura jew il-karatteristiċi tal-kuntratt jew l-attività, jimplika l-kwalifikazzjoni ta' dan il-kuntratt bħala kuntratt għal żmien mhux iddeterminat:
|