EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0076

Kawża C-76/08: Rikors ippreżentat fil- 25 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta

ĠU C 92, 12.4.2008, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/23


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta

(Kawża C-76/08)

(2008/C 92/43)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Recchia u D. Lawunmi, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' Malta

Talbiet

tiddikjara li, billi naqset milli tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi (1), ir-Repubblika ta' Malta naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 7 ta' din id-direttiva fir-rigward tal-kaċċa għas-summien (coturnix coturnix) u għall-gamiem (streptopelia turtur) li jpassu fir-rebbiegħa;

tikkundanna lir-Repubblika ta' Malta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi tikkonċerna l-konservazzjoni ta' l-ispeċi kollha ta' l-għasafar li jinsabu fin-natura fit-territorju Ewropew ta' l-Istati Membri li għalih japplika t-Trattat. Din id-direttiva tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni, l-amministrazzjoni u l-kontroll ta' dawn l-ispeċi u tippreskrivi regoli għall-isfruttar tagħhom. Mill-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 sal-lum, l-awtoritajiet Maltin eżerċitaw id-dritt li japplikaw id-deroga li tinsab fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva fir-rigward tal-kaċċa għas-summien u għall-gamiem matul il-perijodu tal-passa tar-rebbiegħa meta dawn ikunu sejrin lura lejn il-postijiet tat-trobbija tagħhom f'numru ta' pajjiżi li jinsabu fit-tramuntana tal-Baħar Mediterranju. Il-kwistjoni mqajma f'dawn il-proċeduri hija jekk l-awtoritajiet Maltin jaqgħux fl-ambitu tad-deroga li tinsab fl-Artikolu 9(1) b'tali mod li tista' tiġi permessa l-kaċċa għall-ispeċi in kwistjoni f'Malta matul il-passa tar-rebbiegħa għar-raġuni li ma hemm ebda soluzzjoni oħra sodisfaċenti.


(1)  ĠU L 103, p. 1.


Top