Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0059

Kawża C-59/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Franza) fil- 15 ta' Frar 2008 — Copad SA vs 1. Christian Dior couture SA, 2. Vincent Gladel, fil-kwalità tiegħu ta' amministratur ġudizzjarju tas-Société industrielle de lingerie (SIL), 3. Société industrielle de lingerie (SIL)

ĠU C 92, 12.4.2008, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/20


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Franza) fil-15 ta' Frar 2008 — Copad SA vs 1. Christian Dior couture SA, 2. Vincent Gladel, fil-kwalità tiegħu ta' amministratur ġudizzjarju tas-Société industrielle de lingerie (SIL), 3. Société industrielle de lingerie (SIL)

(Kawża C-59/08)

(2008/C 92/37)

Lingwa tal-kawża: Il-Franciż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation (Franza)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Copad SA.

Konvenuti: 1. Christian Dior couture SA, 2. M. Vincent Gladel, fil-kwalità tiegħu ta' amministratur ġudizzjarju tas-Société industrielle de lingerie (SIL), 3. Société industrielle de lingerie (SIL).

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 8(2) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju tat-trade mark jista' jinvoka d-drittijiet ikkonferiti lilu permezz ta' din it-trade mark fil-konfront tad-detentur ta' liċenzja li jikser kawżola tal-kuntratt ta' liċenzja li tipprojbixxi, minħabba raġunijiet ta' prestiġju tat-trade mark, il-bejgħ lil persuni li jbiegħu bi prezz inqas?

2)

L-Artikolu 7(1) ta' din id-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tqegħid fil-kummerċ fiż-żona ekonomika Ewropea tal-prodotti taħt trade mark, mid-detentur tal-liċenzja, bi ksur ta' klawżola tal-kuntratt tal-liċenzja li jipprojbixxi, minħabba raġunijiet ta' prestiġju tat-trade mark, il-bejgħ lil persuni li jbiegħu bi prezz inqas, jitwettaq mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark?

3)

Fil-każ ta' risposta negattiva, il-proprjetarju jista' jinvoka tali klawżola sabiex jopponi kummerċjalizzazzjoni mill-ġdid tal-prodotti, billi jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 7(2) ta' l-istess test?


(1)  ĠU L 40, 1989, p. 1.


Top