Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0048

    Kawża C-48/08: Rikors ippreżentat fil- 11 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

    ĠU C 92, 12.4.2008, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 92/18


    Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

    (Kawża C-48/08)

    (2008/C 92/34)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: N. Yerrell, aġent)

    Konvenuta: L-Irlanda

    Talbiet

    tiddikjara li, billi naqset li tadotta l-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amminstrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Lulju 2003, dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi naqset milli tinforma lill-Kummissjoni b'dan, l-Irlanda naqset mill-obbligi imposti fuqha mid-Direttiva;

    tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fl-10 ta' Settemrbu 2006.


    (1)  ĠU L 226, p. 4.


    Top