Is sliocht ón suíomh gréasáin EUR-Lex atá sa doiciméad seo
Doiciméad 62008CN0036
Case C-36/08: Action brought on 31 January 2008 — Commission of the European Communities v Hellenic Republic
Kawża C-36/08: Rikors ippreżentat fil- 31 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
Kawża C-36/08: Rikors ippreżentat fil- 31 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
ĠU C 92, 12.4.2008, lch. 16-16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 92/16 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-36/08)
(2008/C 92/29)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zabbos u H Støvlbæk, bħala aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Tiddikjara li, billi adottat u żammet fis-seħħ liġijiet bħalma huwa l-Artikolu 29(d.1) u (d.2) tal-liġi 3209/03 (Ġurnal tal-Gvern 304 A) li mhumiex konformi ma' l-Artikoli 30, 31 u 36 tad-Direttiva Nru 93/16/KEE (1) u billi ma rtiratx d-diplomi mogħtija mingħajr osservanza tal-kundizzjonijiet deskritti mid-direttiva ċċitata iktar 'il fuq, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-Artikoli 30, 31 u 36 ta' din id-direttiva; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Skond il-Kummissjoni, it-tobba msemmija fl-Artikolu 29(d.1) tal-liġi 3209/03, għandhom drittijiet miksuba fis-sens ta' l-Artikolu 36 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 93/16/KEE; għaldaqstant huma awtorizzati jeżerċitaw attivitajiet bħala tobba fil-kuntest tas-sistema nazzjonali ta' sigurtà soċjali u għandu jingħatalhom ċertifikat li huwa attestazzjoni tad-drittijiet miksuba tagħhom. Madankollu, l-għoti tal-kwalifika ta' tabib ġeneralista, mingħajr ma l-persuni kkonċernati jkunu segwew taħriġ speċjali f'dan ir-rigward imur kontra l-Artikoli 30 u 31 tad-direttiva. Konsegwentement, l-awtoritajiet Elleniċi għandhom jirtiraw id-diplomi li ngħataw mingħajr ma ġew osservati l-kundizzjonijiet supplementari tad-direttiva.