Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0034

    Kawża C-34/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale ordinario di Padova (L-Italja) fit- 28 ta' Jannar 2008 — Azienda Agricola Disarò Antonio vs Cooperativa Milka 2000 Soc. coop. arl

    ĠU C 92, 12.4.2008, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 92/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale ordinario di Padova (L-Italja) fit-28 ta' Jannar 2008 — Azienda Agricola Disarò Antonio vs Cooperativa Milka 2000 Soc. coop. arl

    (Kawża C-34/08)

    (2008/C 92/27)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale ordinario di Padova

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Azienda Agricola Disarò Antonio

    Konvenuta: Cooperativa Milka 2000 Soc. coop. arl

    Domandi preliminari

    1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1788/2003 (1) tad-29 ta' Settembru 2003, li jistabbilixxi taxxa supplimentari fuq il-produzzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib li jeċċedu l-kwota nazzjonali attribwita, mingħajr ma jieħu in kunsiderazzjoni l-aġġornament perijodiku tal-kwantità attribwita lil kull pajjiż Komunitarju wara kontroll konkret tal-produzzjoni rispettiva tagħhom, huwa kompatibbli ma' l-Artikolu 32 tat-Trattat u ma' l-iskopijiet tal-politika agrikola komuni stipulati f'dan l-Artikolu, fosthom it-tkabbir tal-produzzjoni agrikola, l-iżvilupp tal-progress tekniku, l-assigurazzjoni ta' l-iżvilupp razzjonali ta' produzzjoni agrikola anke bħala l-aħjar utilizzazzjoni possibbli tal-fatturi ta' produzzjoni, speċjalment tal-ħaddiema, peress li dan il-mekkaniżmu japplika wkoll għall-produtturi Taljani tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u b'hekk jippreġudikalhom kemm livell ta' għixien xieraq kif ukoll l-iżvilupp minħabba nuqqas ta' ħlas xieraq tal-fatturi ta' produzzjoni u anke għaliex fir-realtà l-Italja hi pajjiż bi produzzjoni nieqsa tal-ħalib (ara r-Rapport tal-Gvern, […], paragrafu 6.5), kostrett li jimporta l-materja prima biex isostni l-industriji ta' l-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti ta' kwalità (ara r-Rapport fuq l-agrikoltura tal-15 ta' Frar 2004, anness)?

    2)

    Ir-Regolament KEE Nru 1788/2003 iċċitat huwa kompatibbli ma' l-Artikolu 33 tat-Trattat KE fejn dan jipprovdi għall-organizzazzjoni tas-suq komuni, imma fl-istess ħin jeskludi kull diskriminazzjoni bejn produtturi jew konsumaturi tal-Komunità, filwaqt li l-applikazzjoni uniformi tat-taxxa supplimentari mingħajr distinzjoni effettiva bejn produtturi bi produzzjoni nieqsa u dawk bi produzzjoni żejda, tispiċċa biex tiddiskrimina kontra l-produtturi Taljani li jappartjenu għal pajjiż bi produzzjoni nieqsa tal-ħalib?

    3)

    Ir-Regolament KEE Nru 1788/2003 iċċitat huwa kompatibbli ma' l-Artikolu 34 tat-Trattat fejn dan jipprovdi li l-kisba ta' l-għanijiet previsti fl-Artikolu 33, “għandha teskludi kull diskriminazzjoni bejn il-produtturi u l-konsumaturi tal-Komunità” filwaqt li tali diskriminazzjoni hija maħluqa mir-regolament li, għall-finijiet tat-taxxa supplimentari, jitlob kontribuzzjoni uniformi kemm mill-produtturi ta' pajjiżi bi produzzjoni żejda kif ukoll minn dawk bi produzzjoni nieqsa bħall-Italja?

    4)

    Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 huwa kompatibbli mal-prinċipju tal-proporzjonalità rikonoxxut mill-Artikolu 5 tat-Trattat fejn dan jillimita l-azzjoni tal-Komunità għal “dak li hu neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan it-Trattat” filwaqt li l-applikazzjoni uniformi tat-taxxa supplimentari tmur oltre l-iskop ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq għaliex tipperpetwa fil-konfront tal-medja tal-bdiewa Taljani produzzjoni baxxa, dħul baxx u l-ħtieġa permanenti ta' għajnuna pubblika?


    (1)  ĠU L 270, p. 123.


    Top