Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0301

    Kawża C-301/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 22 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — il-Lussemburgu) — Irène Bogiatzi, miżżewġa Ventouras vs Deutscher Luftpool, Société Luxair, société luxembourgeoise de navigation aérienne SA, Il-Komunitajiet Ewropej, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Foyer Assurances SA (Politika tat-trasport — Regolament (KE) Nru 2027/97 — Konvenzjoni ta’ Varsavja — Responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti — Terminu għall-preżentata ta’ rikors għal kumpens għad-dannu subit)

    ĠU C 297, 5.12.2009, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 297/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — il-Lussemburgu) — Irène Bogiatzi, miżżewġa Ventouras vs Deutscher Luftpool, Société Luxair, société luxembourgeoise de navigation aérienne SA, Il-Komunitajiet Ewropej, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Foyer Assurances SA

    (Kawża C-301/08) (1)

    (Politika tat-trasport - Regolament (KE) Nru 2027/97 - Konvenzjoni ta’ Varsavja - Responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti - Terminu għall-preżentata ta’ rikors għal kumpens għad-dannu subit)

    2009/C 297/14

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Irène Bogiatzi, miżżewġa Ventouras

    Konvenuti: Deutscher Luftpool, Société Luxair, société luxembourgeoise de navigation aérienne SA, Il-Komunitajiet Ewropej, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Foyer Assurances SA

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (Il-Lussemburgu) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti (ĠU L 285, p. 1), fir-rigward tal-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli li Jirrigwardaw it-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, iffirmata f’Varsavja fit-12 ta’ Ottubru 1929, kif emendata fl-Aja fit-28 ta’ Settembru 1955 — Terminu għall-preżentata ta’ rikors għal kumpens għad-dannu subit — Effett tal-pagament bil-quddiem mit-trasportatur, anki jekk barra mill-perijodu ta’ żmien previst mir-Regolament, fuq ir-rikonoxximent tar-responsabbiltà ta’ dan it-trasportatur

    Dispożittiv

    (1)

    Il-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli li Jirrigwardaw it-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, iffirmata f’Varsavja fit-12 ta’ Ottubru 1929, kif emendata bl-erba’ protokolli addizzjonali ta’ Montreal tal-25 ta’ Settembru 1975, ma tagħmilx parti mir-regoli tas-sistema legali Komunitarja li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni li tinterpreta skont l-Artikolu 234 KE.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97, tad-9 ta’ Ottubru 1997, dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli li Jirrigwardaw it-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, iffirmata f’Varsavja fit-12 ta’ Ottubru 1929, kif emendata bl-erba’ protokolli addizzjonali ta’ Montreal tal-25 ta’ Settembru 1975, għal sitwazzjoni fejn vjaġġatur jinvoka r-responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru minħabba d-dannu li huwa sofra waqt titjira bejn l-Istati Membri tal-Komunità.


    (1)  ĠU C 236, 13.09.2008


    Top