This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0277
Case C-277/08: Judgment of the Court (First Chamber) of 10 September 2009 (reference for a preliminary ruling from the Juzgado de lo Social de Madrid (Spain)) — Francisco Vicente Pereda v Madrid Movilidad SA (Directive 2003/88/EC — Organisation of working time — Entitlement to paid annual leave — Sick leave — Annual leave coinciding with sick leave — Entitlement to take annual leave at another time)
Kawża C-277/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social de Madrid — Spanja) — Francisco Vicente Pereda vs Madrid Movilidad SA ( Direttiva 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal-leave annwali mħallas — Leave tal-mard — Leave annwali li jaħbat fl-istess żmien ma’ leave tal-mard — Dritt li l-leave annwali jittieħed f’perijodu ieħor )
Kawża C-277/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social de Madrid — Spanja) — Francisco Vicente Pereda vs Madrid Movilidad SA ( Direttiva 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal-leave annwali mħallas — Leave tal-mard — Leave annwali li jaħbat fl-istess żmien ma’ leave tal-mard — Dritt li l-leave annwali jittieħed f’perijodu ieħor )
ĠU C 267, 7.11.2009, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/20 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social de Madrid — Spanja) — Francisco Vicente Pereda vs Madrid Movilidad SA
(Kawża C-277/08) (1)
(“Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Dritt għal-leave annwali mħallas - Leave tal-mard - Leave annwali li jaħbat fl-istess żmien ma’ leave tal-mard - Dritt li l-leave annwali jittieħed f’perijodu ieħor”)
2009/C 267/35
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Francisco Vicente Pereda
Konvenuta: Madrid Movilidad SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Social de Madrid — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 229, p. 9) — Ħaddiem bil-leave tal-mard matul il-perijodu ta’ leave annwali stabbilit mill-impriża, minħabba inċident tax-xogħol li seħħ qabel il-leave annwali — Dritt tal-ħaddiem li jieħu l-leave annwali tiegħu matul perijodu differenti
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali jew ftehim kollettivi li jipprovdu li ħaddiem li jkun bil-leave tal-mard matul il-perijodu tal-leave annwali stabbilit fil-kalendarju tal-leave tal-impriża li magħha huwa impjegat m’għandux dritt, wara li jfieq, igawdi l-leave annwali tiegħu f’perijodu differenti minn dak inizjalment stabbilit, jekk ikun hemm bżonn f’perijodu differenti mill-perijodu ta’ referenza korrispondenti.