EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0147

Kawża C-147/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 10 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Jürgen Römer vs Freie und Hansestadt Hamburg (Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol — Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni — Artikolu 157 TFUE — Direttiva 2000/78/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ “remunerazzjoni” — Esklużjonijiet — Skema ta’ sigurtà soċjali professjonali taħt forma ta’ pensjoni tal-irtirar kumplimentari għall-ex impjegati ta’ kollettività lokali u s-superstiti tagħhom — Metodu ta’ kalkolu ta’ din il-pensjoni li jagħti vantaġġ lill-benefiċjarji miżżewġa meta mqabbla ma’ dawk li jgħixu fil-kuntest ta’ unjoni tul il-ħajja rreġistrata — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali)

ĠU C 194, 2.7.2011, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Jürgen Römer vs Freie und Hansestadt Hamburg

(Kawża C-147/08) (1)

(Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol - Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni - Artikolu 157 TFUE - Direttiva 2000/78/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “remunerazzjoni” - Esklużjonijiet - Skema ta’ sigurtà soċjali professjonali taħt forma ta’ pensjoni tal-irtirar kumplimentari għall-ex impjegati ta’ kollettività lokali u s-superstiti tagħhom - Metodu ta’ kalkolu ta’ din il-pensjoni li jagħti vantaġġ lill-benefiċjarji miżżewġa meta mqabbla ma’ dawk li jgħixu fil-kuntest ta’ unjoni tul il-ħajja rreġistrata - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali)

2011/C 194/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jürgen Römer

Konvenuti: Freie und Hansestadt Hamburg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeitsgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, tal-Artikolu 141 tat-Trattat KE, tal-Artikolu 1, l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1)(ċ) u tal-Artikolu 3(3) kif ukoll tal-premessa 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, p. 16) — Kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva — Esklużjoni tal-ħlasijiet ta’ kull natura magħmula mill-iskemi statali jew simili, inklużi skemi pubbliċi ta’ sigurtà soċjali jew ta’ protezzjoni soċjali — Esklużjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar l-istat ċivili u d-drittijiet [benefiċċji] li jiddependu minnhom — Skema ta’ sigurtà soċjali professjonali taħt forma ta’ pensjonijiet supplimentari lill-ex-impjegati u l-ħaddiema ta’ kollettività lokali u lis-superstiti tagħhom — Metodu ta’ kalkolu tal-pensjoni li jagħti vantaġġ lill-benefiċjarji miżżewġin meta mqabbla ma’ dawk li jgħixu f’unjoni tul il-ħajja rreġistrata

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma humiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali tagħha, la minħabba l-Artikolu 3(3) tagħha u lanqas minħabba l-premessa 22 tagħha, il-pensjonijiet tal-irtirar kumplimentari bħal dawk imħallsa lill-ex impjegati tal-Freie und Hansestadt Hamburg u lis-superstiti tagħhom abbażi tal-liġi tal-Land ta’ Hamburg dwar il-pensjonijiet kumplimentari ta’ rtirar u tas-superstiti tal-impjegati tal-Freie und Hansestadt Hamburg (Erstes Ruhegeldgesetz der Freien und Hansestadt Hamburg), fil-verżjoni tagħha tat-30 ta’ Mejju 1995, li jikkostitwixxu remunerazzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 157 TFUE.

(2)

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 1, 2, u 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78 jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 10(6) tal-imsemmija liġi tal-Land ta’ Hamburg, li abbażi tagħha benefiċjarju marbut fil-kuntest ta’ unjoni tul il-ħajja jirċievi pensjoni tal-irtirar kumplimentari f’ammont inferjuri għal dak mogħti lil benefiċjarju miżżewweġ u mhux separat b’mod permanenti, jekk

fl-Istat Membru kkonċernat, iż-żwieġ huwa rriżervat għal persuni ta’ sess differenti u jeżisti flimkien ma’ unjoni tul il-ħajja bħal dik stabbilita mil-liġi dwar l-unjoni tul il-ħajja rreġistrata (Gesetz über die Eingetragene Lebenspartnerschaft), tas-16 ta’ Frar 2001, li hija rriżervata għal persuni tal-istess sess, u

teżisti diskriminazzjoni diretta abbażi tal-orjentazzjoni sesswali minħabba l-fatt li, fid-dritt nazzjonali, l-imsemmi sieħeb tul il-ħajja jinsab f’sitwazzjoni legali u fattwali paragunabbli ma’ dik ta’ persuna miżżewġa f’dak li jirrigwarda l-imsemmija pensjoni. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq l-evalwazzjoni tal-paragunabbiltà, u din għandha tkun iffokata fuq id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-konjuġi u tal-persuni marbuta f’unjoni tul il-ħajja, hekk kif inhuma rregolati fil-kuntest tal-istituzzjonijiet korrispondenti, li huma rilevanti fid-dawl tal-għan u tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju inkwistjoni.

(3)

Fil-każ fejn l-Artikolu 10(6) tal-liġi tal-Land ta’ Hamburg dwar il-pensjonijiet kumplimentari ta’ rtirar u tas-superstiti tal-impjegati tal-Freie und Hansestadt Hamburg fil-verżjoni tagħha tat-30 ta’ Mejju 1995 ikun jikkostitwixxi diskriminazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/78, id-dritt għal-trattament ugwali jkun jista’ jiġi invokat minn individwu bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali sa minn wara l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-direttiva msemmija, jiġifieri mit-3 ta’ Diċembru 2003, u dan mingħajr ma jkun hemm għalfejn li jiġi mistenni li d-dispożizzjoni msemmija titqiegħed f’konformità mad-dritt tal-Unjoni mil-leġiżlatur nazzjonali.


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008.


Top