EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0339

Kawża T-339/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 28 ta’ Ottubru 2009 — Juwel Aquarium vs UASI — Potschak (Panorama) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali Panorama — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] )

ĠU C 297, 5.12.2009, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/20


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ Ottubru 2009 — Juwel Aquarium vs UASI — Potschak (Panorama)

(Kawża T-339/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Panorama - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2009/C 297/27

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Juwel Aquarium GmbH & Co. KG (Rotenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt u M. Bergermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Christian Potschak (Bobingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Donath, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Ġunju 2007 (Każ R 214/2006-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Christian Potschak u Juwel Aquarium GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Juwel Aquarium GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


Top