Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0141

    Kawża T-141/07, T-142/07, T-145/07 u T-146/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Lulju 2011 — General Technic-Otis et vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni ta’ liftijiet u ta’ eskalejters — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Manipulazzjoni tas-sejħiet għal offerti — Tqassim tas-swieq — Iffissar ta’ prezzijiet” )

    ĠU C 269, 10.9.2011, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/44


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2011 — General Technic-Otis et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-141/07, T-142/07, T-145/07 u T-146/07) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni ta’ liftijiet u ta’ eskalejters - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Manipulazzjoni tas-sejħiet għal offerti - Tqassim tas-swieq - Iffissar ta’ prezzijiet)

    2011/C 269/97

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż u l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: General Technic-Otis Sàrl (Howald, Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment M. Nosbusch, sussegwenetment A. Winckler, avukati, u J. Temple Lang, solicitor) (Kawża T-141/07); General Technic Sàrl (Howald) (rappreżentantii: M. Nosbusch) (Kawża T-142/07); Otis SA (Dilbeek, Belġju), Otis GmbH & Co. OHG (Berlin, Ġermanja), Otis BV (Amersfoort, il-Pajjizi l-Baxxi) u Otis Elevator Company (Farmington, Connecticut, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Winckler u J. Temple Lang) (Kawża T-145/07); kif ukoll United Technologies Corporation (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Winckler u J. Temple Lang) (Kawża T-146/07)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Kawżi T-141/07, T-142/07, A. Bouquet, R. Sauer, aġenti, assistit minn A. Condomines, avukat; u Kawżi T-145/07 u T-146/07, A. Bouquet, R. Sauer u J. Bourke, aġenti, assistiti minn de A. Condomines)

    Suġġett

    Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 (finali), tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/E-1/38.823 — Liftijiet u eskalejters) jew, sussidjarjament, għal tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    (1)

    Il-Kawżi T-141/07, T-142/07, T-145/07 u T-146/07 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

    (2)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    (3)

    Fil-Kawża T-141/07, General Technic-Otis Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.

    (4)

    Fil-Kawża T-142/07, General Technic Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.

    (5)

    Fil-Kawża T-145/07, Otis SA, Otis GmbH & Co. OHG, Otis BV u Otis Elevator Company huma kkundannati għall-ispejjeż.

    (6)

    Fil-Kawża T-146/07, United Technologies Corporation hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


    Top