EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0045

Kawża T-45/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Lulju 2011 — Unipetrol vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Parteċipazzjoni fl-akkordju — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi” )

ĠU C 269, 10.9.2011, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2011 — Unipetrol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/07) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Parteċipazzjoni fl-akkordju - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi)

2011/C 269/93

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unipetrol a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: J. Matějček u I. Janda, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: iniżjalement M. Kellerbauer, V. Bottka u O. Weber, sussegwentement M. Kellerbauer, V. Bottka u V. Di Bucci, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, fir-rigward ta’ Unipetrol a.s., tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5700 finali, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 — Gomma butadiene u gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni), jew, sussidjarjament, għall-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5700 finali, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 — Gomma butadiene u gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni), hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil Unipetrol a.s.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 14.04.2007.


Top