Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0038

Kawża T-38/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Lulju 2011 — Shell Petroleum et vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi aggravanti” )

ĠU C 269, 10.9.2011, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2011 — Shell Petroleum et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-38/07) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti)

2011/C 269/89

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shell Petroleum NV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi); Shell Nederland BV (Den Haag); u Shell Nederland Chemie BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalement T. Snoep u J. Brockhoff, sussegwentement T. Snoep u S. Chamalaun, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalement M. Kellerbauer, V. Bottka u J. Samnadda, sussegwentement M. Kellerbauer u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, fir-rigward ta’ Shell Petroleum NV u ta’ Shell Nederland BV, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5700 finali, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 — Gomma butadiene u gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni), jew, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq Shell Petroleum, Shell Nederland u Shall Nederland Chemie BV.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Shell Petroleum NV, Shell Nederland BV u Shell Nederland Chemie BV huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 14.04.2007.


Top