Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FB0085

    Kawża F-85/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal- 25 ta' Frar 2008 Anselmo vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċċjali — Reklutaġġ — Ħatra — Klassifika fil-grad — Kandidati magħżula ta' kompetizzjoni interna — Fatt ġdid — Nuqqas — Inammissibbiltà manifesta)

    ĠU C 92, 12.4.2008, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 92/48


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Frar 2008 Anselmo vs Il-Kunsill

    (Kawża F-85/07) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċċjali - Reklutaġġ - Ħatra - Klassifika fil-grad - Kandidati magħżula ta' kompetizzjoni interna - Fatt ġdid - Nuqqas - Inammissibbiltà manifesta)

    (2008/C 92/96)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Anselmo (Brussell, Il-Belġju) u oħrajn (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Suġġett tal-kawża

    Annullament tad-deċiżjonijiet ta' l-Awtorità tal-Ħatra li jiċħdu l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti, kandidati magħżula tal-kompetizzjoni interna B/277, minħabba diskriminazzjoni li huma jsostnu li huma s-suġġett tagħha meta mqabbla ma' l-uffiċjali li jibbenefikaw mill-proċedura ta' attestazzjoni.

    Dispożittiv tad-digriet

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 269, 10.11.2007, p. 71.


    Top