Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FA0031

    Kawża F-31/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal- 21 ta' Frar 2008 — Putterie-De-Beukelaer vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċdura ta' evalwazzjoni — Proċedura ta' ċertifikazzjoni — Evalwazzjoni tal-potenzjal — Ksur tal-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi — Stħarriġ ex officio )

    ĠU C 92, 12.4.2008, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 92/47


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Frar 2008 — Putterie-De-Beukelaer vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-31/07) (1)

    (Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċdura ta' evalwazzjoni - Proċedura ta' ċertifikazzjoni - Evalwazzjoni tal-potenzjal - Ksur tal-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi - Stħarriġ ex officio)

    (2008/C 92/95)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Françoise Putterie-De-Beukelaer (Brussel, il-Belgju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u K. Herrmann, aġenti)

    Suġġett

    L-annullament tar-rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti li jirrigwarda l-perijodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Diċembru 2005, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda t-taqsima 6.5 “potenzjal”, sa fejn dan ir-rapport ma jirrikonoxxix il-potenzjal tar-rikorrenti li teżerċita l-inkarigi li jaqgħu fil-kategorija B* għall-finijiet tal-proċedura ta' ċertifikazzjoni

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera tas-Sinjura Putterie-De-Beukelaer li jirrigwarda l-perijodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Diċembru 2005 huwa annullat safejn ma jirrikonoxxix il-potenzjal tar-rikorrenti li teżerċita l-inkarigi li jaqgħu fil-kategorija B*.

    2)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż kollha.


    (1)  ĠU C 117, 26.5.2007, p. 38.


    Top