EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TB0151

Kawża T-151/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 31 ta' Jannar 2008 — Aluminium Silicon Mill Products vs Il-Kummissjoni ( Dumping — Rifużjoni tad-dazji kontra d-dumping — L-annullament tar-Regolament li jistabbilixxi dazju definittiv kontra d-dumping — Mhemmx lok għal deċiżjoni — Deċiżjoni dwar l-ispejjeż )

ĠU C 92, 12.4.2008, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/28


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-31 ta' Jannar 2008 — Aluminium Silicon Mill Products vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-151/06) (1)

(“Dumping - Rifużjoni tad-dazji kontra d-dumping - L-annullament tar-Regolament li jistabbilixxi dazju definittiv kontra d-dumping - Mhemmx lok għal deċiżjoni - Deċiżjoni dwar l-ispejjeż’)

(2008/C 92/56)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aluminium Silicon Mill Products GmbH (Zug, L-Iżvizzera) (rappreżentanti: L. Ruessmann u A. Willems, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Stancanelli u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1183 finali, tat-3 ta' April 2006, li tiċħad parzjalment it-talbiet intiżi għar-rifużjoni ta' dazji kontra d-dumping imħallsa fuq importazzjonijiet ta' silikon li joriġina mir-Russja.

Dispożittiv

1)

Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 178, 27.7.2006.


Top