EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0498

Kawża C-498/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal- 21 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social Único de Algeciras — Spanja) — Maira María Robledillo Núñez vs Fondo de Garantía Salarial (Fogasa) (Politika soċjali — Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta' insolvenza ta' min iħaddimhom — Direttiva 80/987/KEE emendata mid-Direttiva 2002/74/KE — L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3 u l-Artikolu 10(a) — Kumpens għal sensja inġusta miftiehem wara konċiljazzjoni extraġudizzjarja — Ħlas assigurat mill-istituzzjoni ta' garanzija — Ħlas suġġett għall-adozzjoni ta' deċiżjoni ġudizzjarja — Prinċipji ta' trattament ugwali u ta' non-diskriminazzjoni)

ĠU C 92, 12.4.2008, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-21 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social Único de Algeciras — Spanja) — Maira María Robledillo Núñez vs Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

(Kawża C-498/06) (1)

(Politika soċjali - Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta' insolvenza ta' min iħaddimhom - Direttiva 80/987/KEE emendata mid-Direttiva 2002/74/KE - L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3 u l-Artikolu 10(a) - Kumpens għal sensja inġusta miftiehem wara konċiljazzjoni extraġudizzjarja - Ħlas assigurat mill-istituzzjoni ta' garanzija - Ħlas suġġett għall-adozzjoni ta' deċiżjoni ġudizzjarja - Prinċipji ta' trattament ugwali u ta' non-diskriminazzjoni)

(2008/C 92/10)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social Único de Algeciras

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maira María Robledillo Núñez

Konvenuta: Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Social Ùnico de Algeciras — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, ta' l-20 ta' Ottubru 1980, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ta' l-impjegati f'każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom (ĠU L 283, p. 2), emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/74/CE, fit-23 ta' Settembru 2002 (ĠU L 270, p. 10) — Portata tal-garanzija mogħtija mill-istituzzjoni ta' garanzija — Kumpens fil-każ li tintemm ir-relazjoni ta' l-impjieg — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ sentenza jew deċiżjoni amministrativa sabiex jingħata dan il-kumpens — Prinċipji ta' trattament ugwali u ta' non-diskriminazzjoni

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 80/987/KEE tal-Kunsill ta' l-20 ta' Ottubru 1980, dwar il-protezzjoni ta' l-impjegati fil-każ ta' insolvenza ta' min iħaddimhom, kif emendata mid-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru għandu l-kompetenza li jeskludi kumpensi mogħtija għas-sensja irregolari mill-garanzija ta' ħlas iggarantita mill-istituzzjoni ta' garanzija skond din id-dispożizzjoni meta dawn ikunu ġew rikonoxxuti minn att ta' konċiljazzjoni extraġudizzjarja u meta din l-esklużjoni, oġġettivament ġustifikata, tikkostitwixxi miżura neċessarja sabiex jiġu evitati l-abbużi, fis-sens ta' l-Artikolu 10(a) ta' l-istess direttiva.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


Top