Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0425

    Kawża C-425/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 21 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Ministero dell'Economia e delle Finanze vs Part Service Srl, kumpannija fi stat ta' stralċ (Sitt Direttiva VAT — L-Artikoli 11A(1)(a), u 13B(a) u (d) — Lease — Taqsim artifiċjali ta' servizz f'diversi elementi — Effetti — Tnaqqis ta' l-ammont taxxabbli — Eżenzjonijiet — Prattika abbużiva — Kundizzjonijiet)

    ĠU C 92, 12.4.2008, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 92/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Ministero dell'Economia e delle Finanze vs Part Service Srl, kumpannija fi stat ta' stralċ

    (Kawża C-425/06) (1)

    (Sitt Direttiva VAT - L-Artikoli 11A(1)(a), u 13B(a) u (d) - Lease - Taqsim artifiċjali ta' servizz f'diversi elementi - Effetti - Tnaqqis ta' l-ammont taxxabbli - Eżenzjonijiet - Prattika abbużiva - Kundizzjonijiet)

    (2008/C 92/09)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Corte suprema di cassazione

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Ministero dell'Economia e delle Finanze

    Konvenuta: Part Service Srl, kumpannija fi stat ta' stralċ

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Tranżazzjoni ta' leasing maqsuma f'diversi kuntratti differenti u li għandha bħala bħala riżultat il-kisba ta' vantaġġ fiskali — Interpretazzjoni tal-kunċett ta' abbuż ta' dritt kif iddefinit fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-255/02, Halifax et

    Dispożittiv

    1)

    Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima għandha tiġi interpretata fis-sens li prattika abbużiva tista' tiġi stabbilita meta l-kisba ta' vantaġġ fiskali tikkostitwixxi l-għan essenzjali tat-tranżazzjoni jew tat-tranżazzjonijiet in kwistjoni.

    2)

    Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi, fid-dawl ta' l-elementi ta' interpretazzjoni pprovduti minn din is-sentenza, għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-VAT, jekk tranżazzjonijiet bħal dawk in kwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħux jiġu kkunsidrati bħala prattika abbużiva fis-sens tas-Sitt Direttiva 77/388.


    (1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


    Top