EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005FA0015

Kawża F-15/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (seduta plenarja) tal- 24 ta' Ġunju 2008 — Andres vs BĊE (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Remunerazzjoni — Konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal tal-BĊE — Metodu ta' kalkolu tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet — Eżekuzzjoni ta' sentenza tal-qorti Komunitarja — Retroattività)

ĠU C 260, 11.10.2008, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 260/19


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (seduta plenarja) tal-24 ta' Ġunju 2008 — Andres vs BĊE

(Kawża F-15/05) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal tal-BĊE - Metodu ta' kalkolu tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet - Eżekuzzjoni ta' sentenza tal-qorti Komunitarja - Retroattività)

(2008/C 260/34)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Carlos Andres et (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) [rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Zilioli u K. Sugar, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukati)

Suġġett

Minn naħa waħda, l-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti tax-xahar ta' Lulju 2004, safejn dawn jinkludu żieda fis-salarju stabbilita billi ġie applikat metodu ta' adattament annwali tas-salarji allegatament illegali u din iż-żieda mhijiex applikata retroattivament għas-snin 2001, 2002 u 2003 kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 132, 28.5.2005, p. 32 (kawża oriġinarjament irreġistrata fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-131/05 u ttrasferita lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).


Top